03/06/2026
✈️ FLYING COLOURS – Wirja Artistika Retrospettiva minn Richard J. Caruana 🎨
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa jistieden lill-pubbliku għal “Flying Colours”, wirja artistika retrospettiva mill-artist magħruf Richard J. Caruana, li se tittella’ fil-binja tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa.
🗓️ 10 sal-16 ta’ Ġunju 2026
📍 Luqa Civic Centre, 174, Triq il-Ġdida, Ħal Luqa
🕘 Ħinijiet tal-ftuħ:
▪️ Matul il-ġimgħa: 9:00am – 12:00pm u 4:00pm – 7:00pm
▪️ Is-Sibt u l-Ħadd: 9:00am – 12:00pm
Din il-wirja se tlaqqagħna ma’ kollezzjoni unika ta’ xogħlijiet artistiċi li jfakkru l-istorja tal-avjazzjoni f’Malta u lil hinn minnha, permezz tal-kuluri u l-kreattività ta’ Richard J. Caruana.
📢 Dħul b’xejn. Kulħadd mistieden jattendi u jgawdi din l-esperjenza artistika speċjali.
28/05/2026
📢 TIĠDID TAL-KARTI TAL-IDENTITÀ FIL-KUNSILL LOKALI TA’ ĦAL LUQA 🇲🇹
Nixtiequ ninfurmaw lir-residenti li ser ikun hemm servizz ta’ tiġdid tal-Karti tal-Identità fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa bejn it-Tlieta 3 ta’ Ġunju u s-Sibt 6 ta’ Ġunju.
🕗 Ħinijiet tas-servizz:
• Mit-Tlieta sal-Ġimgħa: 8:00am – 5:00pm
• Is-Sibt: 8:00am – 12:00pm
📍 L-applikazzjonijiet ID10a jistgħu jimtlew fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa.
Inħeġġu lir-residenti kollha sabiex jagħmlu użu minn dan is-servizz biex jiġġeddu l-karta tal-identità tagħhom b’mod aktar faċli u qrib darhom. ✅
23/05/2026
📢 Stqarrija mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li ma laqgħetx l-applikazzjoni PA/00063/22, wara li ġie stabbilit li s-sit ikkonċernat jikkostitwixxi art tal-Gvern u li l-applikant ma kellux it-titolu legali, il-kunsens jew l-awtorità meħtieġa biex jissottometti tali applikazzjoni.
L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonkludiet ukoll li l-applikazzjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni materjalment falza u qarrieqa, u għalhekk ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi.
Il-Kunsill Lokali dejjem sostna li kull żvilupp għandu jsir b’rispett sħiħ lejn il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, filwaqt li jiġu mħarsa l-interessi tar-residenti u l-ġid komuni.
Nibqgħu impenjati li nsegwu mill-qrib kull żvilupp li jaffettwa lill-lokalità tagħna sabiex nassiguraw trasparenza, legalità u l-aħjar interess tal-komunità ta’ Ħal Luqa.
20/05/2026
📢 AVVIŻ IMPORTANTI 📢
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa javża lir-residenti li, skont direttivi maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, l-Uffiċċji Amministrattivi tal-Kunsill Lokali se jkunu magħluqa nhar is-Sibt, 30 ta’ Mejju 2026, minħabba l-Elezzjoni Ġenerali.
Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom u niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.
15/05/2026
🎉 Jum Ħal Luqa 2026 🎉
Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema tal-Kunsill Lokali jixtiequ jawguraw Jum Ħal Luqa t-tajjeb liir-residenti ta’ Ħal Luqa u Ħal Farruġ.
Illum niċċelebraw flimkien dak kollu li jagħmel lil Ħal Luqa lokalità speċjali — il-komunità tagħna, l-istorja, it-tradizzjonijiet u fuq kollox in-nies tagħna. ❤️
F’dan il-jum sabiħ, nixtiequ nirringrazzjaw lil kull resident, volontier, għaqda u persuna li b’ħidmietha tkompli tagħti ħajja u identità lill-lokalità tagħna.
Ejjew inkompli naħdmu flimkien sabiex nibqgħu nibnu Ħal Luqa aktar sabiħa, magħquda u mimlija ħajja għall-ġenerazzjonijiet futuri. 🇲🇹
07/05/2026
Suġġett: Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa jitlob aktar informazzjoni dwar l-iżvilupp propost f’Ħal Farruġ
B’referenza għall-aħbar li dehret ilbieraħ rigward art f’Ħal Farruġ li allegatament se tingħata sabiex tinbena fabbrika ġdida tal-ħalib, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa jixtieq jinforma li qatt ma kien ikkonsultat dwar dan l-iżvilupp.
Il-Kunsill Lokali jqis li kull żvilupp ta’ din ix-xorta għandu jkun akkumpanjat minn konsultazzjoni adegwata mal-komunità u mal-awtoritajiet lokali sabiex jiġu evalwati sew il-konsegwenzi u l-impatti possibbli fuq ir-residenti u ż-żona tal-madwar.
Bħala Kunsill Lokali, se nkunu qed insegwu mill-qrib dan l-iżvilupp sabiex nassiguraw li kull deċiżjoni li tittieħed ma tkunx ta’ detriment għall-benessri u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħna, partikolarment dawk li jgħixu fil-viċinanzi affettwati.
Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa se jkun qed jitlob laqgħa mal-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jingħata aktar tagħrif u spjegazzjonijiet dwar dan il-proġett u l-impatti tiegħu.
Il-Kunsill jibqa’ kommess li jħares l-interessi tar-residenti ta’ Ħal Luqa u Ħal Farruġ f’kull stadju ta’ dan il-proċess.
John Schembri
Sindku
30/04/2026
Għada l-Ġimgħa 1 ta' Mejju 2026, Jum il-Ħaddiem, l-iskart organiku u ħġieġ ser jinġabar normali skont l-iskeda.
🇲🇹 Għada l-Ġimgħa 1 ta' Mejju 2026, Jum il-Ħaddiem, l-iskart organiku u ħġieġ ser jinġabar normali skont l-iskeda
🇬🇧 Normal Organic and Glass Waste Collection tomorrow Friday 1st May 2026, Workers' Day.
Kunsill Lokali Hal Ghaxaq Il-Gudja Local Council Kunsill Lokali Birżebbuġa Kunsill Lokali Ħal Qormi Kunsill Lokali Ħal Luqa Kunsill Lokali Marsaskala - Marsaskala Local Council Marsa Local Council Kunsill Lokali Santa Venera Marsaxlokk Local Council Santa Luċija Local Council Kunsill Lokali Żejtun - Żejtun Local Council Il-Hamrun - Kunsill Lokali Hamrun
30/04/2026
Spiżerji miftuħin għada, f'Jum il-Ħaddiem
🇲🇹 Spiżeriji miftuħa l-Ġimgġa, Jum il-Ħaddiem, li ġej fi ħdan Reġjun Nofsinhar 💊
🗓 1 ta' Mejju 2026
🇬🇧 Pharmacies open this Friday, Workers' Day, within the Southern Region 💊
🗓 1st May 2026
Kunsill Lokali Hal Ghaxaq Il-Gudja Local Council Kunsill Lokali Birżebbuġa Kunsill Lokali Ħal Qormi Kunsill Lokali Ħal Luqa Kunsill Lokali Marsaskala - Marsaskala Local Council Marsa Local Council Marsaxlokk Local Council Santa Luċija Local Council Kunsill Lokali Santa Venera Kunsill Lokali Żejtun - Żejtun Local Council Il-Hamrun - Kunsill Lokali Hamrun
13/04/2026
📺 Sejħa għall-Parteċipazzjoni mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qiegħed ifittex nies li għandhom xi kollezzjoni interessanti (bħal kollezzjonijiet ta’ muniti, bolol, antikitajiet, arti, memorabilia jew affarijiet oħra uniċi) sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu esebiti fi programmi fuq it-televiżjoni.
Din hija opportunità sabiħa biex taqsmu l-passjoni tagħkom mal-pubbliku u tagħtu viżibilità lill-kollezzjoni tagħkom 📚✨
📞 Wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq: 2166 5533
📧 jew jibgħat email fuq: [email protected]
Il-Kunsill Lokali japprezza ħafna l-interess u l-kollaborazzjoni tagħkom 🙏
09/04/2026
Start Date/Time
11/04/2026 at 07:00
End Date/Time
11/04/2026 at 13:00
Streets effected
TRIQ GANNI VASSALLO
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ MIKIELANG SAPIANO
TRIQ MIKIELANG SAPIANO
TRIQ GUZEPP SALIBA
TRIQ DUN PAWL
TRIQ SAN GORG
TRIQ SAN GORG
TRIQ SAN GUZEPP
TRIQ SAN GUZEPP
TRIQ SAN GUZEPP
TRIQ IL- PARROCCA
TRIQ GIOVANNI BONAVIA
TRIQ IL- KUNSILL TA' L-EWROPA
TRIQ IL- GDIDA
TRIQ IL- GDIDA
TRIQ IL- GDIDA
TRIQ IL- GDIDA
TRIQ HAL TARXIEN
TRIQ MIKIELANG SAPIANO
TRIQ SANTA MARIJA
TRIQ SANTA MARIJA
TRIQ SANTA MARIJA
TRIQ GUZEPPI PENZA
TRIQ GUZEPPI PENZA
TRIQ KAN. GWANN BORG
TRIQ IL- KUNSILL TAL-EWROPA
TRIQ IL- KUNSILL TAL-EWROPA