13/10/2021
Ħadt gost illum flimkien mal-Kunsilliera responsabli mill-edukazzjoni s-Sinjura Maria Sultana, niltaqgħu mal-Kap u mal-Assistenti kapijiet tal-iskola Primarja u preżentajna maskra tar-Reġjun Xlokk sabiex tkun tista' titqassam b'xejn lil kull student.
Regjun Xlokk Entita Governattiva
13/10/2021
Illum is-Sindku s-Sur Wayne Aquilina, flimkien mal-Kunsilliera responsabli mill-edukazzjoni s-Sinjura Maria Sultana, ltaqgħu mal-Kap u mal-Assistenti kapijiet tal-iskola Primarja u preżentaw maskra tar-Reġjun Xlokk sabiex tkun tista' titqassam b'xejn lil kull student.
02/10/2021
Bdejna Ottubru, x-xahar ddedikat għal kampanja ta’ għarfien dwar il-kura tal-kanċer. Għaldaqstant il-globi li jdawwru x-xatt tagħna reġgħu għal sena oħra qed jinxtgħelu roża.
02/10/2021
Tul dan ix-xahar il-Mina ta’ Hompesch u l-funtana fi Pjazza Medjatriċi se jkunu mixgħula roża bħala parti mil-kampanja marbuta mal-għarfien dwar il-kanċer tas-sider.
Hawn il-mezzi u s-servizzi. Tajjeb li tieħu ħsieb saħħtek u tmur għall-viżti mediċi.
📸Nicole Mifsud