03/06/2026
Nirringrazzja minn qalbi lill-Prim Ministru Robert Abela tal-fiduċja li reġa’ wera fija billi ħatarni Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Nilqa’ din ir-responsabbiltà b’umiltà u determinazzjoni. Dawn huma oqsma kruċjali għall-futur ta’ pajjiżna.
Se nkompli naħdem b’dedikazzjoni sħiħa, bħalma dejjem għamilt f’kull settur linkont fdat bih, sabiex flimkien nibnu Malta aktar ġusta, moderna u preparata għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-futur. 🇲🇹
03/06/2026
Nirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela għall-fiduċja tiegħu, fejn erġajt ġejt fdat bħala Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi.
Se nkomplu naħdmu biex insostnu ekonomija b’saħħitha li minnha jgawdi kulħadd.
Fuq kollox, nirringrazzja lill-eluf ta’ votanti li fdawni bil-fiduċja tagħhom, u lill-familja tiegħi kollha, li fiha dejjem sibt appoġġ.
03/06/2026
Julia Farrugia se tibqa' Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
03/06/2026
Onorat li ġejt fdat biex inservi fil-Kabinett fl-irwol ta’ Ministru għall-Ippjanar, l-Infrastruttura u x-Xogħol.
Kommess li, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u sħabi l-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u l-kollegi deputati, nimplimentaw il-manifest Int Malta.
Partit Laburista l Robert Abela