Marija Annunzjata u Ħal Balzan

Marija Annunzjata u Ħal Balzan

Share

Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Marija Annunzjata u Ħal Balzan, Landmark & historical place, Ħal Balzan.

08/06/2026

🇲🇹 INTERVISTA MA' Tonio Micallef (PART 1)

Merħba għat-tielet intervista tagħna fis-serje "Personaġġi". Din id-darba intervistajna lill-Furnar Tonio Micallef. Mehmuż hawn taħt issibu l-ewwel parti ta' din l-intervista. Grazzi!

🇬🇧 INTERVIEW WITH Tonio Micallef (PART 3)

Welcome to the third interview in our "Personaġġi" series. This time, we are interviewing Tonio Micallef. Attached below is the first part of this interview. Thank you!

14/05/2026

🇲🇹 GALLERIJA BIN-NOME DI MARIA:

Hawnhekk qed naraw waħda mill-gallariji sbieħ tal-ġebla tal-franka Maltija li nsibu fir-raħal tagħna. Iżda hawn qed naraw dettal partikolari, dik li nsejħulha n-Nome di Maria. Dan is-simbolu juri "A" u "M" flimkien li ġejjin mil-frażi Latina " _Auspice Maria_ ", li tfisser " _taħt il-protezzjoni ta' Marija_ ". Dan huwa simbolu komuni ħafna għall-Knisja Kattolika u insibuh f'bosta postijiet f'Malta, b'mod partikolari fejn hemm devozzjoni lejn il-Madonna.

🇬🇧 BALCONY WITH THE NOME DI MARIA:

Here we are seeing one of the beautiful Maltese limestone balconies which could be found in our village. However, here we can see a particular detail of the symbol called the "Nome di Maria". This symbol, a monogram of Our Lady, has an intertwined "A" and "M", which stand for the Latin phrase " _Auspice Maria_ " which means " _Under the protection of Mary_ ". This is a very common Catholic symbol and is typically found spread across Malta, especially in places carrying devotion to Our Lady.

29/04/2026

TELEPHONE BOOTH:
🇲🇹 Qabel l-epoka moderna tal-mowbajl, fejn illum kulħadd jista' jikkuntattja 'l min irid x'ħin irid, jekk wieħed kien jinqabad barra u jrid jikkuntattja 'l xi ħadd kien imur jagħmel telefonata f'kaxxi simili mxerrdin madwar Malta. Din il-Kaxxa ħamra hija ta' stil Ingliż, tifkira taż-żmien kolonjali f'Malta. Illum, filwaqt li m'għadiex tintuża, għada tidher f'bosta postijiet, iżżejjen il-lokalitajiet li tkun fiha.

🇬🇧 Before our modern digital age, where everyone can contact anyone anytime, if someone was outside needed to make a call, they would have used this telephone booth, which can be found across Malta. This red telephone booth is of an English style, a reminder of our colonial past. Nowadays, while it is no longer used, the telephone booths are still found in many places, decorating the localities they are in.

23/04/2026

🇲🇹 NIĊĊA TA' SANTU ROKKU 🐚🐶:

Fil-kantuniera ma' triq imsemmija għalih, wieħed isib niċċa ta' Santu Rokku, li tipikament wieħed isib miegħu kelb u arzella. F'Ħal Balzan, wieħed isib ukoll kappella ddedikata lilu, waħda mit-Tlett Knejjes li minnha ħarġet il-parroċċa. Santu Rokku huwa qaddis komuni fl-irħula hekk kif inhuwa meqjus bħala l-qaddis patrun tal-morda, devozzjoni li nfirxet b'mod partikolari fiż-żmien tal-pesta. Huwa wkoll patrun tal-pellegrini tal-Camino de Santiago, hekk kif hu stess kien pellegrin li marad bil-pesta hu u sejjer lejn Santiago de Compostela.

🇬🇧 NICHE OF ST ROCH🐚🐶:

On the corner of the street named after him, one finds the niche and statue of St Roch, which one typically finds with him a dog and a shell. In Balzan, one also finds a chapel dedicated to him, one of the Three Churches from which the parish originated. St Roch is a common saint found in villages across Malta, as he is the patron saint of the sick, a devotion which spread particularly during the plague. He is also the patron saint of pilgrims doing the Camino de Santiago as he himself was a pilgrim who caught the plague on his way to Santiago de Compostela.

20/04/2026

F'isem il-Kumitat nawguraw lil Balzan F.C.! Champions tal-BOV Challenge League u lura fil-Premier! Raħal żgħir b'qalb kbiraa

🔴🟢🔴🟢

08/04/2026

🇲🇹 IL-LUNZJATA MAL-BIBIEN:
Fl-irħula Maltin hija komuni li man-numru u l-isem tad-dar insibu wkoll xbiha ta' xi qaddis. F'Ħal Balzan hija komuni li naraw xbiha tal-Lunzjata. Din normalment tkun tal-madum, forma nofs ċirku, l-anġlu mibgħut għarkupptejh quddiem il-Madonna li qed titlob. Din l-immaġini li qed naraw hija partikolari għax hija ħidma tal-ġebla, mhux tal-madum, xogħol sabiħ artiġjanali Malti.

🇬🇧 THE ANNUNCIATION WITH OUR DOORS:
In Maltese villages, along with the door number and name of the house, it is very common to find a depiction of a saint. In Balzan, it is very common that this depiction is of the Annunciation. This depiction is usually made of tiles, the shape of a semicircle, with the angel messenger kneeling in front of the praying Madonna. This depiction which we are seeing here is quite particular as instead of a tile it is a work of stone, a beautiful Maltese artisanal work.

Photos from Marija Annunzjata u Ħal Balzan's post 04/04/2026

F'isem il-Kumitat tal-Għaqda Marija Annunzjata u Ħal Balzan nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd li bil-għajnuna tagħkom stajna ntellgħu wirja oħra b'suċċess żgur li mingħajr il-pariri u l-għajnuna tagħkom ma kinietx tkun possibbli li ssir GRAZZI mhux biżżejjed, għal li jmiss

Parroċċa Balzan - Balzan Parish

03/04/2026

Nħabbru li l-wirja se tinfetaħ mil-5.00pm - 6.00pm narawkom

Photos from Marija Annunzjata u Ħal Balzan's post 03/04/2026

Bonġu lil kulħadd,

Baqalekom nofs ta’ nhar biex min ma setax jara din il-wirja jista’ jiġi bejn id-9:00am u s-1:00pm. Dan huwa l-aħħar ċans biex taraw il-wirja.

Grazzi.

02/04/2026

Se nkunu miftuħin dalgħodu mil-10.30 am - 01.00 pm

Want your business to be the top-listed Government Service in Ħal Balzan?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Website

Address


Ħal Balzan