06/06/2026
Għada nħar il-Ħadd 7 ta' Ġunju fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ bejn 6:00am u 09:00am.
Tfal bir-roti taħt 12-il sena jitħallew wara 8.00am.
Din l-inizzjativa tippromovi l-użu tar-roti għas-sport u rikreazzjoni 🚴♂️
Transport Malta
06/06/2026
🚌 Il-Kunsill Lokali se joffri servizz ta' shuttle bus b'xejn lir-residenti minn fuq il-bus stops fi Triq Sciortino u Vjal il-Ħelsien għall-bus stop Rohan fi Triq l-Imdina (ħdejn Toyota) fuq ir-rotot 61, 109 u 209 waqt Festa San Filep.
It-trasport pubbliku mhux se iservi ċ-ċentru ta' Ħaż-Żebbuġ minn nhar it-Tlieta 9 ta' Ġunju sa' nhar il-Ħadd 14 ta' Ġunju. Ħinijiet tas-shuttle fl-avviz ⬇️ See less
06/06/2026
Fl-aħħar ijiem il-Kunsill Lokali organizza l-junction ta' Sant' Antnin li tinsab kantuniera ma' Triq Giovanni Pullicino u Triq Filippo Grech permess ta' żebgħa u markings ġodda.
Dan huwa parti minn pjan aktar wiesgħa li għad irid jiġi implimentat minn Infrastructure Malta il' quddiem. Nistennew bil-ħerqa sabiex dawn ix-xogħlijiet jiġu implimentati.
31/05/2026
Il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ jawgura lill-kandidati li ġew eletti fuq is-7 Distrett; lil Malcolm Paul Agius Galea, Ian Borg u Julia Farrugia mill-Partit Laburista u lil Rebekah Borg u Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista. Ħajr lill-kandidati kollha u lil kull min ipparteċipa fil-proċess demokratiku elettorali.
Il-Kunsill Lokali ħerqan sabiex fil-ġimgħat u xhur li ġejjin jiltaqa mar-rappreżentanti eletti sabiex naħdmu għal Ħaż-Żebbuġ aħjar - Steve Zammit Lupi - Sindku
23/05/2026
Il-Kunsill Lokali jagħmel referenza għax-xogħlijiet fi Triq Santa Marija f'Ħal Muxi. Dawn ix-xogħlijiet huma minn Water Services Corporation. Infurmati li f'nofs din il-ġimgħa sar il-pressure test, pero il-wiċċ baqa ma tranġax.
Allavolja x-xogħlijiet issa konklużi, it-triq tħalliet f'dan l-istat mikxuf u perikoluż b'detriment għal kull min b'xi mod jagħmel użu mit-triq.
Ilna minn nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju niġbdu l-attenzjoni u nitolbu azzjoni immedjata. S'issa ma sar xejn u b'hekk qed niktbu pubblikament sabiex ir-residenti ikunu nfurmati. Nistennew azzjoni mingħajr aktar dewmien.
Water Services Corporation
20/05/2026
Minħabba raġunijiet mhux fil-kontroll tagħna l-attività għall-anzjani li kienet skedata ssir nhar il-Ġimgħa 22 ta' Mejju mhix se ssir. Il-appuntament li jmiss huwa nhar il-Ġimgħa 29 ta' Mejju fid-9am fis-sala tal-Arċipriet f'Misraħ l-iSptar. Narawkom.
16/05/2026
B'referenza għall-diversi ilmenti li irċevejna minn residenti dwar it-tqegħid ta' ċint u ħamrija fuq il-bankina fi Triq Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, il-Kunsill jgħarraf fl-ewwel lok li din it-triq hija waħda arterjali u taqa’ taħt ir-responsabbilta’ ta’ Infrastructure Malta.
Mit-tagħrif li rnexxielu jiġbor il-Kunsill, jidher li dan iċ-ċint tqiegħed mingħajr permess u bi ksur tal-liġi. Wara l-ilmenti li ressaq il-Kunsill, l-Awtorita’ tal-Ippjanar ġiet avżata b’dan l-iżvilupp illegali. Nistennew li tittieħed azzjoni immedjata mill-awtoritajiet biex terġa’ tinfetaħ il-bankina għan-nies, u b’hekk jiġu evitati inċidenti fi triq tant traffikuża.
Infrastructure Malta
Planning Authority
13/05/2026
🗳️ Wara kommunikazzjoni mal-Kummissjoni Elettorali nistgħu nikkonfermaw li residenti jistgħu jiġbru d-dokumenti tal-vot għall-elezzjoni ta' 30 Mejju 2026 mill-uffiċju tal-pulizija tal-komunità fi Triq Frans Sammut il-ġimgħa d-dieħla f'dawn il-ġranet u ħinijiet.
Nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju mit-3pm sad-9pm
Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Mejju sa' nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju mit-8am-1pm / sa 3pm-9pm
Nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju mit-8am sal-10pm
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju mit-8am sal-12pm.
07/05/2026
Il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ jibgħat kondoljanzi sinċiera lill-familja ta' Ġużi Schembri l-Majjistra li ħalliena ilbieraħ.
Ġużi kien il-amministratur tal-grupp soċjali 'Ħaż-Żebbuġ, Nies, Laqmijiet u Ġrajjiet'. Fi 8 snin biss il-grupp tiegħu sar l-akbar pjattaforma dwar il-belt tagħna b'aktar minn 22 elf persuna membru fiħ.
Ġużi kien attiv ħafna fil-komunità, jattendi ċ-ċentru tal-anzjani u dejjem wera interess fil-ħarsien tal-patrimonju u l-kultura lokali. Strieħ fis-sliem Ġużi.
03/05/2026
Ix-xogħol artistiku fuq il-arkati li jinstabu f'Triq Franġisku Caruana Dingli f'Tal-Grazzja, biswit Ġnien Mitħna tal-Għodor huwa lest.
Grazzi lill-artist Justin Bonniċi ta' dan ix-xogħol artistiku mill-isbaħ. It-tema magħżula turi għasafar, insetti u pjanti indiġini. 🎨
Dan ix-xogħol sar grazzi għall-fondi miksuba minn Reġjun Punent