20/06/2025
Jekk taqbel ma’ Dr Miriam, Agħfas Share ✅
“Il-ħajja dejjem prezzjuża u l-ewtanażja toqtol ħajja.” Hekk kitbet Dr Miriam Sciberras fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook. Dr Sciberras hija magħrufa għall-ġid kbir li tagħmel mal-vulnerabbli u għall-impenn tagħha favur il-ħajja f’kull stadju tagħha.
Hija qalet li din id-‘diskussjoni’ dwar l-ewtanażja qed titmexxa daqslikieku hija kampanja politika – “b’fuljetti mqassma f’kull dar.”
Dr Sciberras staqsiet kemm qed tiswa din il-kampanja lill-pajjiż, u jekk kienx ikun aktar għaqli li dawk il-flus jintefqu fuq mediċini u kura paljattiva.
Aktar kmieni, il-Union tat-Tobba ta’ Malta (MAM) qalu li huma jħeġġu “lill-Gvern jagħti prijorità lill-kura paljattiva bħala emerġenza nazzjonali tas-saħħa qabel ma jiftaħ il-bieb għall-mewt assistita.”
It-Tobba ta’ Malta qalu li s-sistema kif inhi bħalissa mhix etikament, klimikament jew operattivament ippreparata għal dan il-pass.
“Ejja l-ewwel niżguraw li ħadd ma jagħżel li jmut għax fallejna li ngħinuh jgħix b’dinjità,” temmew jgħidu t-Tobba.
Għalhekk, hija ħasra li l-kura paljattiva teżisti, u jeżistu wkoll metodi effettivi ta’ kif jonqos l-uġigħ, iżda l-pazjent Malti m’għandux aċċess komplet għalihom u minflok qed tiġi proposta diskussjoni dwar l-Ewtanażja.
Jekk taqbel ma’ Dr Sciberras, Agħfas Share ⭐️

08/05/2025
13/10/2023
12/04/2020
19/01/2020
19/01/2020
19/01/2020
20/11/2019
19/11/2019
19/11/2019
19/11/2019