Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara

Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara

Share

Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara Hemm ukoll ħjilijiet tal-qagħda tal-bniedem fiż-żminijiet Puniċi u Rumani.

Fdalijiet arkeoloġiċi jixhdu li n-nies ilha tgħammar fl-inħawi ta’ Birkirkara ta’ llum sa mill-ewwel żminijiet tal-bniedem f’dawn il-gżejjer, jiġifieri fi żmien il-kultura li ħallitilna dawk il-monumenti uniċi li huma t-Tempji Megalitiċi u li kienet għebet inspjegabbilment lejn nofs it-tielet millennju Q.K. Aktarx li l-oriġini ta’ Birkirkara ta’ żmienna, bħal tal-irħula antiki l-oħra ta’ Malta tmu

Photos from Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara's post 01/06/2026

☘️🪴 Hekk kif bdejna ġimgħa oħra, nixtiequ naqsmu magħkom dawn ir-ritratti li juru t-tisbiħ li sar fiż-żona ta’ Triq Mannarino.

Biex inkomplu nagħtu dehra aktar sabiħa u milqugħa lil din iż-żona, ħawwilna pjanti ġodda, filwaqt li sar xogħol ta’ zebgħa u tikħil sabiex insebbħu l-ambjent għar-residenti u l-viżitaturi.

Din il-ħidma hija xhieda tal-impenn kontinwu tal-Kunsill, li baqa’ jaħdem b’dedikazzjoni u jkompli jwettaq il-proġetti tiegħu għax għalina, il-prijorità dejjem tibqa’ li nkomplu ntejbu l-lokalità tagħna.

31/05/2026

Is-Sindku Dr Desirei Grech, flimkien mal-Kunsilliera, is-Segretarju tal-Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill lokali ta' Birkirkara jawguraw lil dawk it-tfal kollha li rċevew, jew li ser jirċievu s-sagrament tal-Ewkaristija.

Awguri!

Photos from Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara's post 27/05/2026

Bħalissa qed isir restawr fuq waħda mit-telephone boxes storiċi li għad fadal f’Birkirkara, sabiex jinżamm il-karattru oriġinali u l-valur kulturali tagħha għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Fil-lokalità tagħna għad fadal biss tnejn, u hekk kif jitlesta x-xogħol fuq din it-telephone box, ser jibda wkoll ir-restawr fuq l-oħra sabiex inkomplu nħarsu u nippreservaw il-wirt tagħna.

Dawn it-telephone boxes servew bħala mezz importanti ta’ komunikazzjoni għal ħafna snin u huma tifkira sabiħa taż-żmien li għadda. Illum, permezz ta’ dan il-proġett, qed nassiguraw li din il-parti mill-identità tagħna tibqa’ ppreservata.

Dan ix-xogħol qed isir mill-Kunsill Lokali Birkirkara, b’kollaborazzjoni mall-Kunsill Reġjonali Lvant.

Photos from Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara's post 27/05/2026

💦 Ilbieraħ saret tindifa ġenerali bħala parti mir-rutina fl-underpass li tinsab viċin l-Oratorju.

Il-kunsill qed jippjana wkoll, li wara diversi snin ta' telqa, fil-ġranet li ġejjin ser jitranġa d-dawl biex tibqa' tkun l-aqwa aċċess għal dawk id-diversi nies li jagħmlu użu minnha matul il-ġurnata.

Grazzi lill-ħaddiema tal-ħidma kontinwa tagħhom biex ikollna Birkirkara dejjem nadifa.

26/05/2026

F'dawn l-aħħar jiem it-tfal tal-kinder u anke tal-iskola primarja ta' Saint Francis f'Birkirkara għamlu ġest tassew nobbli u ġabru cereal boxes li ġew mogħtija lill-kunsill lokali. Dan wara attività interessanti mal-għalliema tagħhom biex jitgħallmu r-ripple effect b'mod kreattiv.

Il-kunsill ħaseb li tkun deċiżjoni għaqlija jekk dawn jingħataw lill-parroċċa Sant'Elena u għalhekk iltqajna mar-Reverendu Ryan Lee Pace sabiex jitqassmu lill-familji fi bżonn. 💕

26/05/2026

🇲🇹 Il-kunsill lokali ta' Birkirkara jifraħ lil dawn il-kantanti, speċjalment dawk Karkariżi li kisbu suċċess kbir fir-Rumanija 🇷🇴✨

Fosthom kien hemm il-kantanti Eleny, Katryce, Elisa u Charlotte Grixti li kollha rebħu l-1 post fil-kategoriji rispettivi tagħhom, fejn kull kategorija kellha aktar minn 20 parteċipant 🏆👏

Il-kantanta Elyse Agius kisbet wieħed mill-akbar unuri tal-festival meta ġiet iddikjarata “Overall Winner” bl-ogħla marki fil-kategorija tagħha, riżultat li taha l-opportunità tikkompeti mal-aqwa 6 kantanti tal-festival kollu 🌟

25/05/2026

✨ Kunċert fis-Suq tar-Raħal!

Illum is-Sindku Dr Desirei Grech ġabet il-fondi permezz ta' skema oħra ta’ €20,000 mill-Gvern Lokali sabiex jiġi organizzat it-tieni edizzjoni tal-kunċert fis-suq tar-raħal 🎶🎤 avveniment li s-sena l-oħra kien suċċess kbir u li ċertament se jerġa’ jġib lin-nies flimkien f’atmosfera mill-isbaħ fir-raħal tagħna.🎉

🗓️ 1 ta' Awwissu 2026
📍 Triq il-Kbira, Birkirkara

Żommu din id-data libera - sadattant aħna ser nibdew naħdmu għal dan il-kunċert uniku! 🙂

Photos from Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara's post 25/05/2026

Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-att ta’ vandaliżmu li sar fil-latrini pubbliċi fi Triq il-Wied. Dan l-aġir irresponsabbli mhux biss jagħmel ħsara lill-proprjetà pubblika, iżda juri wkoll nuqqas ċar ta’ rispett lejn il-komunità tagħna u lejn ir-residenti li jużaw dawn il-faċilitajiet kuljum.

Il-Kunsill ifakkar li dawn il-faċilitajiet huma hemm għall-ġid taċ-ċittadini kollha u kull ħsara li ssir tfisser spejjeż żejda li jispiċċaw jitħallsu mill-komunità kollha. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jieħu ħsieb il-lokalità tagħna u jirrapporta kull att ta’ vandaliżmu jew imġiba suspettuża lill-awtoritajiet kompetenti.

Flimkien nistgħu nżommu lil Birkirkara nadifa, sigura u rispettata.

24/05/2026

‼️🚧Il-kunsill lokali ta' Birkirkara jixtieq jinfurmakom li wara l-inċident li seħħ ġimgħa ilu fi Triq Kostantinu, f'Birkirkara, u wara kuntatt dirett mal-pulizija, qed inwasslu l-informazzjoni li t-triq għadha magħluqa wara li żewġ periti, wieħed mibgħut mill-Gvern u wieħed mill-privat iċċertifikaw periklu ta xi soqfa li jistgħu jċedu u jaqgħu.

Inkunu qed ninfurmawkom b'xi żviluppi dwar aċċess f'din it-triq fil-jiem li ġejjin.

📸 Times of Malta

24/05/2026

Is-Sindku Dr Desirei Grech, flimkien mal-Kunsilliera, is-segretarju tal-Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill lokali ta' Birkirkara jawguraw lill-komunità tal-Knisja ta' San Franġisk il-festa t-tajba, fil-jum li qed jiċċelebraw il-festa ta' Sant'Antnin.

Il-kunsill offra wkoll bukkett fjuri quddiem din l-istatwa meqjuma f'din il-knisja.

Want your business to be the top-listed Government Service in Birkirkara?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Telephone

Website

Address


Kunsill Lokali Birkirkara, Centru Civiku, It-Tieni Sular, Triq Tumas Fenech, Birkirkara BKR 2527
Birkirkara
BKR2527

Opening Hours

Monday 07:30 - 15:30
Tuesday 07:30 - 15:30
Wednesday 07:30 - 15:30
Thursday 07:30 - 15:30
Friday 07:30 - 15:30
Saturday 08:00 - 11:30