Ruth A. Antoncich - Notary Public & Commissioner for Oaths

Ruth A. Antoncich - Notary Public & Commissioner for Oaths

Share

Appointed in 2010 and holds office in Birzebbuga. Maħtura fl-2010 u b'uffiċċju f'Birzebbuġa.
☎️99280609

Dr. Ruth Antoncich was appointed Notary Public & Commissioner for Oaths in 2010. She set up her private practice and operates from an office in Birżebbuġa, Malta. Dr Ruth Antoncich inħatret Nutar Pubbliku & Kummissarju għall-Ġuramenti fl-2010. Hi waqqfet il-prattika privata tagħha u topera minn uffiċċju f'Birżebbuġa, Malta.

19/05/2026

📍Kanċellament ta’ Ipoteki wara li jkun sar l-ħlas kollhu tad-dejn dovut.

Jekk is-self mal-bank fuq il-propjeta tiegħek tħallas kompletament, tinsiex tirranġa għall-kanċellament tal-ipoteka rreġistrata fuq il-proprjetà tiegħek.

Ħafna sidien ta' proprjetà mhumiex konxji li anke wara li jħallsu s-self tagħhom, l-ipoteka tibqa' rreġistrata sakemm tiġi kkanċellata formalment permezz ta' proċess notarili u kuntratt.

✅ X’għandek tagħmel:
• Ikseb ittra ta' kanċellament mill-fergħa tal-bank tiegħek;
• Informa lin-Nutar tiegħek sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji u jiġi ppubblikat l-att ta' kanċellament mal-bank;
• Il-klijent m'għandux għalfejn jidher fuq l-att għaliex huwa l-bank (bħala Kreditur) biss li għandu bżonn jgħati l-kunsens għal kanċellament tal-ipoteka rreġistrata mar-Reġistru Pubbliku.

✅ Għaliex dan huwa importanti?
• Jiżgura li t-titlu tal-proprjetà tiegħek ikun ċar;
• Jevita kumplikazzjonijiet meta tbiegħ jew tittrasferixxi proprjetà;
• Jipprevjeni dewmien bla bżonn fi tranżazzjonijiet futuri.

*English Translation in Comments*

28/04/2026

Wieħed mill-aktar aspetti importanti — u bla dubju wieħed mill-aktar interessanti — fix-xogħol ta’ Nutar huwa t-tħejjija u l-ġbir tar-riċerki🔍📚

Ir-riċerki ma jsirux biss meta tinbiegħ proprjetà jew meta trid tiġi stabbilita suċċessjoni — jistgħu jsiru wkoll waħedhom kull meta xi ħadd ikollu bżonn jivverifika informazzjoni legali dwar persuna jew proprjetà immobbli.

Dan ifisser li jiġu ċċekkjati r-rekords fir-Reġistru Pubbliku u fir-Reġistru tal-Artijiet, jiġu riveduti trasferimenti li saru, djun, ċnus, reġistrazzjonijiet tal-qorti, u anke riċerki testamentarji għal testmenti pubbliċi u sigrieti.

Dawn ir-riċerki jgħinu biex tiġi skoperta l-istampa legali sħiħa wara proprjetà jew persuna, u jagħtu lill-klijenti serħan tal-moħħ, kif ukoll jgħinu biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet aktar t**d.

Huwa d-dettall wara l-kwinti li jagħmel id-differenza kollha 👌

**English translation in comments**

27/03/2026

🛂 Note about Maltese Passport Recommender for applicants.

As specified in Section 7 of Form A, the recommender must certify that the statements made in the application are accurate and that the recommender has personally known the applicant for the past two years.

❌️ Kindly note that I do sign application forms as a recommender unless I have personally known the applicant for the past 2 years.

Please be guided accordingly.

20/03/2026

🧮TFAKKIRA: Il-kontijiet notarili jinħarġu skont il-Liġi bl-użu tal-Kalkulatur tal-Kontabilità onlajn. Il-kalkulatur jinsab fuq il-websajt uffiċjali tal-Kunsill Nutarili https://www.notariesofmalta.org/members/calculators/bills/

Il-kont huwa maqsum fi 3 partijiet:
- Spejjeż
- Drittijiet tan-nutar
- Taxxa dovuta
u huwa dettaljat għal trasparenza u faċilità ta' fehim.

Wieħed għandu dejjem iżomm f'moħħu, madankollu, li kull servizz iġorr ammont differenti ta' xogħol għal klijenti differenti. Bħala eżempju, xi ħadd li qed ifittex li jixtri proprjetà ma jistax jippretendi l-istess kont bħal sieħbu għas-sempliċi raġuni li t-titolu ta’ proprjetà mhix l-istess bħal oħra u allura taf tinvolvi aktar riċerki u xogħol.

Il-kalkulatur tal-kontijiet huwa għodda utli u faċilment aċċessibbli li tgħin biex tiggwida lill-pubbliku dwar dak li hu mistenni jħallas għas-servizz li jeħtieġ. Għamlu użu minnhu u toqgħodux lura milli titlobu aktar kjarifiki.

**********************************************
🇬🇧REMINDER: Notarial bills are issued according to Law using the Online Billing Calculator. The billing calculator is found on the official website of the Notarial Council https://www.notariesofmalta.org/members/calculators/bills/

The bill is split into 3 parts:
- Expenses
- Notary's fees
- Tax Due
and is itemised for transparency and ease of understanding.

One must always keep in mind, however, that each service carries a different work load for different clients. By way of example, someone who is looking to purchase property cannot expect the same bill as his friends' for the simple reason that the root of title of one property is not the same as another and thus might involve more searches and work.

The billing calculator is a useful and easily accessible tool which helps guide the public about what they are expected to pay for the service they require. Make use of it and do not hesitate to ask for further clarifications.

Kunsill Nutarili Ta' Malta - Billing Calculator v3.8.043.006 Kunsill Nutarili Ta' Malta - Billing Calculator v3.8.043.006

02/02/2026

🏡 Sibt proprjetà li tixtieq tixtri — x'jiġri?

Ladarba tkun innegozjajt il-prezz u termini oħra u tkun iddeċidejt li tipproċedi, dawn huma d-dokumenti meħtieġa għan-Nutar biex jitħejja l-Konvenju:
- Kopja tal-ID jew passaport validu tiegħek
- Kuntratt ta' Akkwist/Dikjarazzjoni Causa Mortis mingħand il-Bejjiegħa
- Dettalji ta' kif se jiġi ffinanzjat ix-xiri (Self mill-Bank, Donazzjoni ta' flus minn xi qarib, Tfaddil personali, eċċ.)
- Tul tal-Konvenju
- Dettalji relatati mad-depożitu (l-ammont, jekk hux se jibqa' għand in-Nutar jew jingħata lill-bejjiegħa)
- Dettalji ta' liema għamara se titħalla fil-proprjetà, jekk applikabbli
- Dettalji ta' kwalunkwe permess tal-Ippjanar meħtieġ, jekk applikabbli

Ladarba dawn id-dokumenti jkunu f'idejkhom, in-Nutar ikun jista' jipproċedi bl-abbozzar u l-ispjegazzjoni tal-Konvenju u sussegwentement jirreġistrah mal-Kummissarju tat-Taxxi Nterni skont il-Liġi, ladarba jiġi ffirmat.

[English Translation in Comments]

22/01/2026

📜 L-Importanza li Tagħmel Testment.

Ħafna jaħsbu li t-testment jista’ jistenna — iżda li jkollok testment huwa wieħed mill-aktar passi importanti biex tipproteġi lil dawk li tħobb u r-rieda tiegħek.

Testment jippermettilek li:
✔️ Tiddeċiedi kif l-assi tiegħek jiġu mqassma;
✔️ Taħtar tuturi għal tfal minorenni;
✔️ Tevita kumplikazzjonijiet u dewmien mhux meħtieġa għall-familja tiegħek wara mewtek;
✔️ Tiżgura li r-rieda tiegħek tiġi rispettata skont il-liġi.

Mingħajr testment, il-wirt jiġi mqassam skont ir-regoli tal-liġi, li mhux dejjem jirriflettu ċ-ċirkostanzi jew ix-xewqat personali tiegħek. Dan jista’ jwassal għal inċertezza fi żmien diġà diffiċli.

Li tagħmel testment hija deċiżjoni responsabbli għal kull min għandu proprjetà, tfaddil jew persuni dipendenti fuqu, kif ukoll jagħtik serħan il-moħħ billi tkun taf li kollox huwa ppjanat b’mod ċar u legalment validu.

08/01/2026

(English Translation in comments)
Skema ġdida għall-fidi ta’ proprjetajiet residenzjali miżmuma b’titolu ta’ Enfitewsi Temporanja (TEMP25+) mal-Awtorità tal-Artijiet.

Skema ġdida mill-Awtorità tal-Artijiet intitolata TEMP25+ tnediet f’Diċembru 2025. L-iskop tagħha huwa li tipprovdi soluzzjonijiet għal familji li huma jew ser ikunu sidien ta’ residenzi soġġetti għal enfitewsi temporanja pagabbli lill-Awtorità tal-Artijiet. L-iskema tiffoka esklussivament fuq proprjetà residenzjali u teskludi aspetti kummerċjali. Din l-iskema se tissostitwixxi l-iskema tal-2019, iżda l-Awtorità tal-Artijiet se taċċetta talbiet għal applikazzjonijiet pendenti taħt l-iskema tal-2019 biex jiġu trasferiti għal TEMP25+ jekk l-applikanti jixtiequ.

Din l-iskema tipprovdi soluzzjonijiet għal tliet kategoriji ta’ proprjetajiet residenzjali:

• L-ewwel kategorija (Kategorija A) toffri proċessi simplifikati għal dawk li jixtiequ jifdu enfitewsi temporanja pagabbli lill-Awtorità tal-Artijiet.

• It-tieni kategorija (Kategorija B) tkopri proprjetajiet residenzjali li mhumiex residenza ordinarja, bħal villeġġaturi, residenzi vakanti, jew proprjetajiet żviluppati f’diversi unitajiet.

• It-tielet kategorija (Kategorija C) tipprovdi soluzzjonijiet għall-fidi tal-enfitewsi fuq unitajiet residenzjali prospettivi li għandhom jinbnew fuq art soġġetta għal enfitewsi temporanja pagabbli lill-Awtorità tal-Artijiet. Dan jibbenefika wkoll lix-xerrejja prospettivi ta’ dawn l-unitajiet residenzjali, li bħalissa jiffaċċjaw diversi diffikultajiet biex jifdu s-sehem tagħhom tal-enfitewsi.

L-iskema tistabbilixxi li, f'każ ta' bejgħ sussegwenti tal-proprjetà mifdija fi żmien 15-il sena mill-fidi taċ-ċens temporanju, l-applikant irid iħallas 3% addizzjonali tal-prezz tal-bejgħ. Madankollu, trasferimenti bejn membri tal-familja, individwi ta' 65 sena jew aktar, persuni b'diżabilità, u xerrejja għall-ewwel darba se jkunu eżentati minn dan il-ħlas ta' 3%.

Aktar informazzjoni, inklużi l-applikazzjoni, prerekwiżiti, tariffi tal-fidi u dokumentazzjoni meħtieġa tista' tinstab fil-kummenti 👇

Guardianship Board 18/11/2025

🇲🇹 Nota dwar l-Kustodja.
Il-Kustodja hija relazzjoni legali bejn persuna li għandha diżabbiltà jew disturb mentali u persuna oħra msejħa l-Gwardjan. L-għan tal-Kustodja huwa li tipprovdi appoġġ lill-persuna fil-ġestjoni tal-affarijiet tagħha u biex tippromwovi d-drittijiet u l-aħjar interessi tagħha.

Huwa importanti ħafna li wieħed jinnota li f'każijiet bħal dawn wieħed ma jistax juża Prokura.

Għal aktar informazzjoni dwar dan, ikklikkja fuq il-link👇

🇬🇧 A note about Guardianship
Guardianship is a legal relationship between a person who has a disability or a mental disorder and another person called the Guardian. The purpose of Guardianship is to provide support to the person in managing their own affairs and to advocate for their rights and best interests.

It is very important to note that in such cases one cannot use a Power of Attorney.

For more information about this, click on the link👇

Guardianship Board Guardianship is a legal relationship between a person who has a disability or a mental disorder and another person called the Guardian. The purpose of Guardianship is to provide support to the person in managing their own affairs and to advocate for their rights and best interests.

28/10/2025

🇲🇹 Baġit 2026 – Punti Ewlenin dwar il-Proprjetajiet

Skema tal-First Time Buyers
• Din l-Iskema issa ser ssir permanenti u msejsa fil-Liġi (jiġifieri mhux se tibqa' skema li teħtieġ li tiġi estiża kull darba).
• Persuni li diġà xtraw proprjetà mhux residenzjali (bħal garaxx jew proprjetà kummerċjali) qabel ma xtraw l-ewwel proprjetà residenzjali tagħhom issa se jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw min din l-Iskema u għalhekk jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti fuq l-ewwel €200,000 tal-prezz tax-xiri fuq l-ewwel xiri ta' proprjetà residenzjali tagħhom
• Għotja ta' €1000 fis-sena għal għaxar snin estiża.

Skemi tal-Awtorità tad-Djar
• L-Iskema ta’ Depożitu ta’ 10% li tgħin lil persuni li, minkejja li huma eliġibbli għal self tad-dar, m’għandhomx il-finanzi meħtieġa biex iħallsu d-depożitu ta’ 10% meħtieġ fuq l-iffirmar tal-konvenju ta’ bejgħ qed tiġi estiża u żdiedet biex tkopri x-xiri ta’ proprjetà li tiswa sa €250,000 (minflok €225,000).
• L-Iskema ta’ Equity Sharing li tgħin lil individwi li, minħabba l-età u d-dħul tagħhom, ma jistgħux jieħdu self tad-dar jew isibu li l-ammont li jikkwalifikaw għalih mhux biżżejjed biex jixtru r-residenza tagħhom mingħajr l-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar, ġiet estiża. Issa tapplika għal persuni li għandhom aktar minn 25 sena (minflok 30 sena) u l-prezz massimu tax-xiri ta’ proprjetà eliġibbli għal din l-iskema se jiżdied għal €350,000 għal proprjetà mixtrija minn persuni separati.

Proprjetà li Tintiret
• Proprjetà li tintiret li hija wkoll ir-residenza unika tal-werriet ser tkun intaxxata bir-rata ta’ 3.5% fuq l-ewwel €400,000 (minflok €200,000) għall-finijiet tal-Kawza Mortis.

Skemi Oħra li se jibqgħu fis-seħħ:
• Skema tas-Second Time Buyers
• Skema ta’ Proprjetà li taqa f’Żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA)
• Skema ta' Proprjetà Vakanti
• Skema ta' Proprjetà Żviluppata b'Karatteristiċi Tradizzjonali
• Donazzjoni ta' Proprjetà u Ishma tan-Negozju

🇬🇧 Budget 2026 – Highlights regarding Properties

First Time Buyers
• The First Time Buyers Scheme is now going to become permanent and entrenched in the law (i.e it will not remain a scheme that needs to be extended everytime).

• Persons who had already bought non-residential property (such as a garage or commercial property) prior to purchasing their 1st residential property will now be eligible to benefit from the First-Time Buyers Scheme and therefore benefit from exemption from duty on documents and transfers on the first €200,000 purchase price on their 1st residential property purchase.

• €1000 grant per year for ten years extended for first-time buyers.

Housing Authority Schemes
• The 10% Deposit Scheme which assists people who, despite being eligible for a home loan, do not have the necessary finances to pay the required 10% down payment on the promise of sale signing is being extended and has increased to cover the purchase of property costing up to €250,000 (instead of €225,000).

• The Equity Sharing Scheme which assists individuals who, due to their age and income, cannot take a home loan or find that the amount they qualify for is insufficient to purchase their residence without the help of the Housing Authority, has been extended. It now applies to persons over 25 years of age (instead of 30 years of age) and the maximum purchase price of property eligible for this scheme is to increase to €350,000 for property purchased by separated persons.

Inherited Property
• Inherited Property which is also the sole residence of the heir is to be charged at 3.5% on the first €400,000 (instead of €200,000) for the Causa Mortis.

Other Schemes which will remain in force:
• Second Time Buyers Scheme
• Property in an Urban Conservation Area (UCA) Scheme
• Vacant Property Scheme
• Property Developed with Traditional Features Scheme
• Donation of Business Property and Shares

Call now to connect with business.

09/09/2025

🇲🇹 Informazzjoni prattika dwar x'għandu jagħmel wieħed meta jmut qarib.
Filwaqt li nirrikonoxxi li l-mewt ġġib żmien ta’ niket, huwa importanti li wieħed jikkuntattja lin-Nutar sabiex jiġu segwiti l-proċeduri legali meħtieġa.

Wieħed għandu jirreġistra l-mewt ma’ Identita’ immedjatament, u ladarba ċ-ċertifikat uffiċjali tal-mewt jinħareġ mir-Reġistru Pubbliku (ġeneralment madwar 4 ġimgħat mir-reġistrazzjoni tal-mewt), huwa importanti li jingħata lin-Nutar.

In-Nutar ikun jista jibda t-tfittxijiet testamentarji sabiex jaċċerta jekk il-mejjet kellux Testment Pubbliku, Testment Sigriet jew jekk miet intestat (jiġifieri ma kellux testment). B'dan il-mod, in-Nutar jista' jistabbilixxi min huma l-eredi (skont it-testment jew il-liġi) u jipproċedi biex jieħu ħsieb diversi materji, inkluż ir-rilaxx ta' kwalunkwe fondi miżmuma mill-mejjet mal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasferiment ta' kwalunkwe servizzi, vetturi, dgħajjes u/jew armi tan-nar lill-eredi, u l- publikazzjoni tal-att ta' Dikjarazzjoni Causa Mortis.

Għalhekk huwa importanti ħafna li n-Nutar jiġi infurmat dwar:
- kwalunkwe proprjetà immobbli li kellu l- mejjet (inkluz qobra!);
- banek u istituzzjonijiet finanzjarji li fihom kienu miżmuma kwalunkwe kontijiet tal-mejjet;
- vetturi u/jew dgħajjes li kienu tal-mejjet;
- armi tan-nar irreġistrati f'isem il-mejjet;
- kwalunkwe servizzi wżati mill-mejjet (internet, linja fissa, utilitajiet (dawl u ilma).

Jkun jinħtieġ li tiġi miksuba valutazzjoni tal-proprjetà immobbli mingħand Perit flimkien ma' Pjanta tar-Reġistru tal-Artijiet, sabiex in-Nutar ikun jista' jwettaq it-tfittxija meħtieġa fir-Reġistru tal-Artijiet.

In-Nutar ilesti wkoll l-Att ta' Dikjarazzjoni Causa Mortis u jikkalkula t-taxxa tal-bolla dovuta rilevanti, l-eżenzjonijiet u r-rifużjonijiet relattivi, jekk applikabbli. Wieħed għandu jimmira li jkollu l-att ta' dikjarazzjoni causa mortis ippubblikat qabel sena biex jiġu evitati penali tal-imgħax u fejn possibbli, fi żmien 6 xhur, biex jieħu vantaġġ mir-rifużjonijiet.

**********************************************

🇬🇧 Practical information as to what one should do when a relative passes away.

Whilst acknowledging that the passing of a relative is a sad and overwhelming time, it is important to reach out to your Notary in order to be helped in following the necessary legal procedures. One must register the death with Identita' immediately, and once the official death certificate is issued by Public Registry (usually about 4 weeks from registering the death), it is important to hand it over to the Notary.

The Notary will commence testamentary searches in order to ascertain whether the deceased had a Public Will, Secret Will or died intestate (i.e had no will). This way, the Notary can establish who the heirs are (according to the will or the law) and proceed with taking care of various matters, including the release of any funds held by the deceased, the transfer of any services, vehicles, boats and/or fi****ms on to the heirs, and the deed of declaration Causa Mortis.

It is therefore very important to inform the Notary of: -
- any immoveable property the deceased relative had (including graves!);
- banks and financial institutions any accounts of the deceased were held in;
- vehicles and/or boats owned by the deceased;
- fi****ms registered in the name of the deceased;
- any services used by the deceased (internet, land line, utilities (water & electricity)

A valuation of the immoveable property would need to be obtained from an Architect together with a Land Registry Site Plan, in order for the Notary to be able to carry out the necessary search at Land Registry.

The Notary will also prepare the Deed of Declaration Causa Mortis and calculate the relevant stamp duty due, relative exemptions and rebates, if applicable. One should aim to have the deed of declaration causa mortis published before one year to avoid interest penalties and where possible, within the 6-month window, to take advantage of rebates.

Want your business to be the top-listed Government Service in Birzebbugia?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Telephone

Address


2, G. Galizia Street
Birzebbugia

Opening Hours

Tuesday 09:00 - 18:00
Wednesday 09:00 - 18:00
Friday 09:00 - 18:00