Żgħażagħ

Żgħażagħ

Share

Il-paġna uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Photos from Żgħażagħ's post 04/05/2026

🇲🇹 Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, nieda l-istudju "Marginal Gains: Unlocking Workplace Innovation Across SMEs in Malta" b’investiment ta’ €70,000. Din l-inizjattiva hija mmirata biex tanalizza u tinkuraġġixxi bidliet żgħar u prattiċi fuq il-post tax-xogħol li jtejbu l-kompetittività u l-produttività fl-SMEs Maltin.

🇬🇧 The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, Keith Azzopardi Tanti, launched the study "Marginal Gains: Unlocking Workplace Innovation Across SMEs in Malta" with a €70,000 investment. This initiative aims to analyze and encourage small, practical workplace changes that improve competitiveness and productivity within Maltese SMEs.

MaltaGov | Keith Azzopardi Tanti

Photos from Żgħażagħ's post 27/04/2026

🇲🇹 Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, attenda għat-tnedija tal-kompetizzjoni CanSat fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral. F’din l-attività, studenti minn Malta u Għawdex urew id-dedikazzjoni tagħhom billi ddisinjaw u bnew satelliti żgħar li jiffunzjonaw b’mod sħiħ, filwaqt li applikaw il-ħiliet tagħhom fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika f’kuntest reali.

🇬🇧 The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, Keith Azzopardi Tanti, attended the launch of the CanSat competition at Majjistral Park. This event showcased the dedication of students from across Malta and Gozo, who designed and built fully functional miniature satellites, applying their skills in STEM to real-world space engineering.

MMaltaGov| XXjenza Malta| EEsplora Interactive Science Centre| KKeith Azzopardi Tanti

Photos from Żgħażagħ's post 24/04/2026

🇲🇹 Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizzaw il-finali ta’ Young Parliamentarians - Ejjew Niddibattu. F’din l-ogħla istituzzjoni, 217-il student urew li mhumiex biss il-futur, iżda l-preżent attiv tad-demokrazija tagħna permezz tal-ħiliet tagħhom fid-dibattitu u l-litteriżmu kritiku.

🇬🇧 The Minister for Education, Sport, Youth, Research, and Innovation, Clifton Grima, alongside The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, Keith Azzopardi Tanti, addressed the final of Young Parliamentarians. This event saw 217 students fill the country’s highest institution with energy, proving that their voice is not just the future, but a vital part of our democracy today.

MaltaGov | Aġenzija Żgħażagħ | Aġenzija Żgħażagħ Gozo Youth Service | Clifton Grima | Keith Azzopardi Tanti

Photos from Żgħażagħ's post 23/04/2026

🇲🇹 Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, indirizza l-ESA Industry Days 2026, avveniment li saħħaħ il-profil ta’ Malta bħala attur emerġenti fis-settur spazjali Ewropew. Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), Malta qed tespandi l-opportunitajiet għal kumpaniji lokali u riċerkaturi biex jidħlu f’networks internazzjonali u jaċċessaw finanzjament Ewropew f’dan il-qasam strateġiku.

🇬🇧 The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, Keith Azzopardi Tanti, addressed the ESA Industry Days 2026, an event that strengthened Malta's profile as an emerging player in the European space sector. Through collaboration with the European Space Agency (ESA), Malta is expanding opportunities for local companies and researchers to join international networks and access European funding in this strategic field.

MMaltaGov| XXjenza Malta| KKeith Azzopardi Tanti

Photos from Żgħażagħ's post 22/04/2026

🇲🇹 Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, nieda l-proġett SEED, inizjattiva ta’ riċerka nazzjonali fuq tliet snin biex tittejjeb il-kura fl-ewwel stadji tat-tqala. Din ir-riċerka, b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, se tistabbilixxi bażi ta’ data moderna biex toffri servizzi aktar umani u infurmati li jagħmlu differenza reali fil-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin, bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050.

🇬🇧 The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, Keith Azzopardi Tanti, launched the SEED project, a three-year national research initiative to improve care during the early stages of pregnancy. This research, in collaboration with the University of Malta, will establish a modern database to provide more humane and informed services that make a real difference in the quality of life for Maltese families as part of the Malta Vision 2050.

MaltaGov | University of Malta | Keith Azzopardi Tanti

Photos from Żgħażagħ's post 21/04/2026

🇲🇹Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, flimkien ma’ Xjenza Malta, ħabbar investiment ta’ kważi €890,000 f’erba’ proġetti innovattivi fis-settur tal-enerġija. Din l-inizjattiva, li tinkludi l-proġetti AIRSAVE, VACUUM, HyMiCHP u ECO-Composite, qed tuża r-riċerka lokali u l-kollaborazzjoni internazzjonali biex tnaqqas l-emissjonijiet u ssaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija nazzjonali bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050.

🇬🇧 The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, Keith Azzopardi Tanti, together with Xjenza Malta, announced an investment of nearly €890,000 in four innovative projects within the energy sector. This initiative, featuring the AIRSAVE, VACUUM, HyMiCHP, and ECO-Composite projects, leverages local research and international collaboration to reduce emissions and strengthen national energy security as part of the Malta Vision 2050.

MaltaGov | Xjenza Malta | Keith Azzopardi Tanti

19/04/2026

Esperjenza mill-aqwa fil-MSC Statue Expo 2026! 🎭✨

Aktar minn 100 statwa qed tiġi esebita fil-Montekristo Arena. Avveniment fejn l-arti u l-passjoni għall-kollezzjonar jingħaqdu flimkien.

📍 Post: Montekristo Arena
⏰ Ħin: 9am - 5pm
🎟 Dħul: B’xejn

Ideali għall-familja u dawk kollha li jħobbu d-dinja tal-films, logħob u komiks! 🦸‍♂️🦸‍♀️

Collectors

19/04/2026

Il-festa t-tajba lill-Furjaniżi kollha ⚪🟢

Grazzi għall-Iskema għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Komunità, qed isir investiment sinifikanti fil-Parroċċa ta’ San Publiju, il-Floriana.

fans

19/04/2026

L-għajnuna fil-komunitajiet tagħna hija kruċjali biex nibżgħu għall-patrimonju għani li ħallew missirijietna. Billi naħdmu flimkien, niżguraw li dawn it-teżori jibqgħu jitgawdew minn kull wieħed u waħda minna, illum u fil-futur.

fans

Photos from Żgħażagħ's post 17/04/2026

🇲🇹 Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ, nieda proċess biex għaqdiet tal-festa li jibbenefikaw mill-iskema BOOST ifasslu ‘Safe Operations Policy’. Din l-inizjattiva se sservi ta’ għodda prattika biex tnaqqas ir-riskji waqt xogħol bħal armar fl-għoli, filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċità organizzattiva u l-benesseri taż-żgħażagħ voluntiera bħala l-mexxejja ta’ għada.

🇬🇧 The Parliamentary Secretary for Youth, Research, and Innovation, together with Aġenzija Żgħażagħ, launched a process for feast organizations benefiting from the BOOST scheme to draft a ‘Safe Operations Policy’. This initiative will serve as a practical tool to reduce risks during tasks such as working at heights, while strengthening organizational capacity and the well-being of young volunteers as the leaders of tomorrow.

MaltaGov | Aġenzija Żgħażagħ | Aġenzija Żgħażagħ Gozo Youth Service | Keith Azzopardi Tanti

Want your business to be the top-listed Government Service in Floriana?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Website

Address


Floriana