19/11/2025
🎄✨ EARLY CHRISTMAS DINNER – FLORIANA ✨🎄
Il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista Floriana qed jistiedinkom għal Ikla Speċjali ta’ Qabel il-Milied! 🎅🎁🌟
📋 Menu
• Bruschetta
• Tliet tipi ta’ pasta
• Ħut / Tiġieġ / Majjal
• Deżerta
📅 Data: Is-Sibt 29 ta’ Novembru 2025
🕖 Ħin: 7:15pm
📍 Post: Pjazza Roberto Sammut, Il-Floriana
💶 Donazzjoni: €25
📞 Għal aktar informazzjoni jew bookings: 9947 7460
Narawkom 🎄🤗
12/11/2025
ℹ️Inghaqdu maghna gewwa d-Dar Centrali biex tissiehbu mal-Partit Nazzjonalista ghall-ewwel jew biex iggeddu t-tessera taghkom.!!
Narawkom!
15/09/2025
Illum fil-Parlament rajna rapport ta' kundanna mill-Awditur Ġenerali li jikkonferma serqa oħra tal-Gvern minn flus il-poplu.
Ir-rapport jikkonferma li l-Gvern għadda art pubblika għal prezz ħafna aktar baxx mill-valur veru tagħha, bil-moħbi ta' kulħadd.
Art tal-poplu li kienet stmata mal-€21 miljun, il-Gvern ġabar biss €8 miljuni tagħha. Valutazzjoni oħra li saret minn kumpanija privata ta' awdituri, u li l-Gvern żamm mistura, ivvalutat l-art għal kważi €24 miljun.
Dan kollu jfisser li l-poplu Malti mar minn taħt b'€16-il miljun minn fondi pubbliċi.
Fi ftit kliem waqt li int u wliedek qed tħallsu bil-għoli biex tixtru l-ewwel proprjetà tagħkom, il-Gvern ma jiddejjaq xejn jagħti l-artijiet tagħna b'terz tal-prezz li verament jiswew, lil tal-qalba.
Dan hu inaċċettabbli. Din hija inġustizzja mal-poplu Malti u Għawdxi.
Bħala Kap tal-Oppożizzjoni tkellimt fil-Parlament u tlabt inkjesta pubblika u investigazzjoni mill-pulizija. Jien, flimkien ma' sħabi d-deputati, se nkomplu niġġieldu għat-trasparenza.
11/09/2025
📆 Il-Ħadd 14 ta' Settembru
🕰 Fil-11:00am
📍Għajnsielem Għawdex
10/09/2025
Awguri Alex Borg ghall-hatra tieghek bhala Kap tal-Oppozizzjoni.
Dan hu l-mument li flimkien ha nahdmu biex nimplimentaw politika gdida li bik Kap nemmnu li ha nimxu ghat-triq tar-rebha.
Awguri Kap 👏
Għadni kemm ħadt il-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Ħlift li naqdi u nservi fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi – kif dejjem għamilt, hekk ser inkompli nagħmel f’din il-kariga.
Wasalt hawn grazzi għalikom u għall-fiduċja tagħkom.
Dan mhux mument ta’ politika tal-blu jew tal-aħmar, iżda mument ta’ għaqda taħt il-bajda u l-ħamra – il-kuluri li jgħaqqduna lkoll bħala poplu wieħed.
Inkomplu bil-ħidma.
11/08/2025
Awguri!
"Semmejnih Marcus għan-nanna Mary" - il-MP Rebekah Borg u żewġha Jurgen - Newsbook
Huma semmew lit-tifel tagħhom Marcus, għan-nanna ta' Jurgen, Mary Gouder, li mietet fl-1 ta' Awwissu tal-2024.
16/07/2025
Bi ftit aktar kollaborazzjoni denja, nistgħu nimxu ferm aħjar 🤝
Kunċert ieħor ta’ Isle of MTV, opportunità mużikali u spettaklu iżda bi prezz għal min jgħix u jaħdem fil-Floriana.
Ma nistgħux nibqgħu nagħlqu għajnejna għall-fatt li dawn qed isiru f’nofs komunità - komunità li għandha residenti, familji, tfal, anzjani.
Sfortunatament, jidher li għad m’hemmx sensibbilità biżżejjed lejn dan. It-toroq jingħalqu jumejn qabel, l-aċċess isir aktar diffiċli, is-sigurtà u l-inkonvenjenzi jiżdiedu, u minflok ma ntaffu l-effetti fuq in-nies tal-lokal - inkomplu nwebbsu rasna.
Il-kunċerti m’għandhomx ikunu kompromess bejn kultura u kwalità tal-ħajja. Jekk insibu bilanċ - nifhmu kemm l-importanza ta’ dawn l-attivitajiet kif ukoll ir-realtà ta’ dawk li jgħixu u jaħdmu fil-viċinanzi - u hekk kulħadd jirbaħ. Kieku verament nisimgħu aktar lill-komunitajiet, dawn l-attivitajiet setgħu jkunu aktar inklużivi, u mhux esperjenza ta’ frustrazzjoni għal dawk li sfortunatament joqogħdu jew jaħdmu qrib.
Il-kunċert sar f'zona residenzjali, mela jeħtieġ naġġixxu wkoll fl-interess tal-Furjaniżi, u mhux biss mill-Kunsill, għax aħna dmirna huwa dan, imma aktar u aktar mill-entitajiet li jorganizzaw.
Biex inkunu ktibna kollox, nirringrazzja lil dawk kollha involuti għall-indafa - il-proċess miexi sew, jonqos ftit irkejjen u spazji li tajjeb li ntuhom aktar attenzjoni.
16/07/2025
Is-sena li għaddiet kellna organizzatur li ħeba l-monument ta' Kristu Re fil-Biskuttin fil-Floriana. Dis-sena kien imiss li naħbu l-monument nazzjonali ta' Malta Indipendenti.
F'din l-okkażjoni l-organizzazzjoni għandha sehem kbir tal-Gvern. Taħsbu li huwa xieraq? Le. Tlifna anki r-rispett lejn l-identità tagħna.