20/10/2026
Kors ta’ Suċċess: “Ejja Nibnu Presepju Flimkien”
Illum, 17 ta’ Ottubru 2026, saret l-aħħar lezzjoni tal-kors tal-presepji “Ejja Nibnu Presepju Flimkien”, organizzat minn Presepisti Gudjani.
Nistgħu ngħidu b’mod ċar li dan kien kors ta’ suċċess, fejn il-parteċipanti kellhom l-opportunità jibnu presepju skont il-qies u x-xewqa tagħhom.
Min-naħa ta’ Presepisti Gudjani, is-Sur Martin Abela, li mexxa dan il-kors, għen lill-parteċipanti jippjanaw il-presepju tagħhom, jiddeċiedu minn fejn jibdew u jagħżlu l-materjali xierqa. Huwa qasam magħhom il-pariri u l-għarfien professjonali tiegħu matul il-proċess kollu tal-bini, filwaqt li kull parteċipant ħadem skont il-kapaċità u l-ideat tiegħu.
Il-kors kien jikkonsisti fi tmien lezzjonijiet, waħda fix-xahar, u beda fi Frar li għadda, b’waqfa matul ix-xahar ta’ Awwissu. L-għażla tal-pasturi tħalliet f’idejn il-parteċipanti nfushom, u għalhekk il-presepji li ħarġu huma kollha differenti minn xulxin, kull wieħed b’karattru u stil partikolari.
Ejja Ammiraw il-Presepji Tagħna!
Esibizzjoni tal-Presepji – u prodotti artiġjanali
Kappella ta’ Bir Miftuħ, il-Gudja
Il-Ħadd, 1 ta’ Novembru 2026
Mid-9:00am sas-7:00pm
Nistednukom tiġu taraw dawn il-presepji li nħadmu b’tant dedikazzjoni, paċenzja u mħabba.
Ma nistgħux ma nirringrazzjawx lill-parteċipanti kollha li attendew għal dan il-kors u li taw sehemhom biex din l-esperjenza tkun waħda sabiħa u ta’ suċċess.
Ringrazzjament speċjali u gratitudni kbira jmorru lill-Arċipriet, Dun Norman Zammit, li ġentilment offrielna s-sala tal-parroċċa biex inkunu nistgħu niltaqgħu u naħdmu flimkien tul dan il-kors.
Grazzi mill-qalb, Arċipriet!
Fl-aħħar nett, grazzi lilkom, is-segwaċi ta’ din il-paġna, għall-inkoraġġiment tagħkom u għall-appoġġ li turuna permezz tal-kummenti u l-likes tagħkom.
Ibqgħu segwuna għal aktar aħbarijiet u attivitajiet minn Presepisti Gudjani!