13/05/2026
Il-Kunsill Lokali fl-aħħar xhur kien f’kuntatt kontinwu sabiex ix-xogħlijiet jitlestew u ma jibqgħux pendenti.
Din il-ġimgħa ġejna infurmati li x-xogħlijiet huma skedati kif ġej:
📍 Triq il-Fortizza
• 25 ta’ Mejju (matul il-jum): Raising of manholes
• 26 ta’ Mejju (matul il-jum): Raising of manholes
• 27 ta’ Mejju (matul il-jum): Wearing layer – Fażi 1
• 28 ta’ Mejju (matul il-jum): Wearing layer – Fażi 2
📍 Triq il-Kbira
• 2 ta’ Ġunju (bil-lejl): Scarifying u tqegħid tal-base course
• 3 ta’ Ġunju (bil-lejl): Tqegħid tal-wearing layer
Nirringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni. Bħala Kunsill nistennew li x-xogħlijiet jibqgħu għaddejjin skont l-iskeda sabiex jitlestew mill-aktar fis possibbli.
———
Over the past months, the Local Council has remained in continuous contact to ensure that the works are completed and do not remain pending.
This week, we were informed that the scheduled works are as follows:
📍 Triq il-Fortizza
• 25 May (day): Raising of manholes
• 26 May (day): Raising of manholes
• 27 May (day): Wearing layer – Phase 1
• 28 May (day): Wearing layer – Phase 2
📍 Triq il-Kbira
• 2 June (night): Scarifying and laying of base course
• 3 June (night): Laying of wearing layer
We thank the public for their cooperation. As a Council, we expect the works to continue according to schedule so they can be completed as soon as possible.
12/05/2026
Fort Campbell – Pass Ieħor Favur is-Sigurtà tal-Komunità
Wara xhur twal ta’ ħidma, komunikazzjoni u pressjoni kontinwa mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar is-sit perikoluż ta’ Fort Campbell, nistgħu nikkonfermaw li wara d-deċiżjoni tal-Ombudsman favur il-pożizzjoni tal-Kunsill u s-sigurtà pubblika, l-Awtorità tal-Artijiet infurmatna li se tkun qed tieħu azzjoni biex jiġu magħluqa u assigurati ż-żoni perikolużi tas-sit permezz ta’ fencing apposta.
Dan huwa pass importanti lejn aktar sigurtà, wara diversi appelli u interventi li saru sabiex jiġu evitati inċidenti u jiġi indirizzat ir-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat għal din iż-żona.
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jibqa’ kommess li jkompli jinsisti sabiex jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji favur il-protezzjoni tar-residenti u tal-pubbliku.
———
📍 Fort Campbell – Another Step Forward for Community Safety
Following months of continuous work, communication, and pressure by the Mellieħa Local Council regarding the dangerous state of Fort Campbell, we can confirm that following the Ombudsman’s decision in favour of the Council’s position and public safety concerns, the Lands Authority informed us that action will be taken to secure and cordon off the dangerous areas of the site through the installation of appropriate fencing.
This marks an important step towards improved safety after several appeals and interventions aimed at preventing accidents and addressing the risk of unauthorised access to the area.
The Mellieħa Local Council remains committed to continuing to push for all necessary measures to safeguard residents and the general public.
11/05/2026
Public Notice
The Mellieħa Local Council has issued a tender for the supply and installation of electrical installations and light fittings at the Manikata Church.
This initiative forms part of our ongoing commitment to continue improving and preserving important landmarks within our community through improved infrastructure and lighting systems.
Interested parties are invited to apply via etenders.gov.mt.
⸻
Avviż Pubbliku
Il-Mellieħa Local Council ħareġ sejħa għal tender għall-provvista u l-installazzjoni ta’ sistemi elettriċi u ‘light fittings’ madwar il-Knisja tal-Manikata.
Din l-inizjattiva tifforma parti mill-impenn kontinwu tagħna biex inkompli ntejbu u nħarsu siti importanti fil-komunità tagħna permezz ta’ infrastruttura u sistemi tad-dawl aħjar.
Il-partijiet interessati huma mistiedna japplikaw permezz tas-sit etenders.gov.mt.
11/05/2026
Ħarġa Kulturali – Mejju 2026
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jixtieq jistieden lil dawk kollha interessati jingħaqdu magħna għal żjara gwidata fil-Gżejjer Selmunett, magħrufa wkoll bħala Gżejjer ta’ San Pawl.
Kull min hu interessat jista’ jċempel fuq 2152 1333 jew jibgħat email fuq [email protected] biex jirriserva postu.
Il-postijiet huma limitati. Prezz: €20.00
Cultural Outing – May 2026
The Mellieħa Local Council invites all those interested to join us for a guided visit to Selmunett Islands, also known as St Paul’s Islands.
Those interested may call on 2152 1333 or send an email to [email protected] to reserve their place.
Places are limited. Price: €20.00
11/05/2026
The Mellieħa Local Council has been informed of upcoming network maintenance and upgrades that may cause temporary power interruptions in the listed streets as part of ongoing grid improvements. 💡
12/05/2026 - 07:00 - 14:00
TRIQ IL- MODD
TRIQ IL- QAMH
TRIQ IS- SIFA
TRIQ IL- MUNA
TRIQ IL- MITHNA L-GDIDA
TRIQ VINCENZO CIAPPARA
TRIQ NAPULJUN CARUANA DINGLI
TRIQ ID- DHIN
TRIQ LOUIS WETTINGER
11/05/2026
The Mellieħa Local Council would like to inform residents of a water service interruption that will be carried out in Il-Mellieha from 11-05-2026 till 18:00 due to fault caused by third party. 🚰
The areas that will be affected are:
Triq Ghar U Casa, Triq Id-Denci, Triq Il-Barkazza, Triq Il-Kahli, Triq Il-Marfa, Triq Il-Marlozz, Triq Il-Wied Ta' Ruman, Triq It-Tumbrell, Triq L-Ghajn Tal-Mellieha
Mellieha Local Council Water Services Corporation
11/05/2026
Responsible AI for Kids 💡
Organised by the Mellieħa Local Council in collaboration with TCTC Malta
Get ready for a fun and future-focused learning experience! This course introduces children to the responsible, ethical, and educational use of Artificial Intelligence, with hands-on activities using Microsoft Word and PowerPoint.
AI is presented as a learning assistant — encouraging creativity, critical thinking, and digital skills.
⸻
📅 Course Dates:
• 13 July 2026
• 20 July 2026
• 27 July 2026
• 03 August 2026
• 10 August 2026
🗓️ Every Monday
⸻
👥 Groups & Times:
• Group 1 – 09:00 to 11:00
• Group 2 – 11:15 to 13:15
• Group 3 – 13:30 to 15:30
• Group 4 – 15:45 to 17:45
• Group 5 – 18:00 to 20:00
👧🧒 Ages: 8 to 12 years
💶 Fee: €10 per student
📍 Location: Mellieħa Local Council
⚠️ Limited spaces available – Apply now!
📩 For more information or to register:
[email protected]
⸻
Użu responsabbli tal-AIgħat-Tfal 💡
Organizzat mill-Kunsill Lokali Mellieħa flimkien ma’ TCTC Malta
Esperjenza ta’ tagħlim moderna u interessanti!
Dan il-kors jintroduċi lit-tfal għall-użu responsabbli u edukattiv tal-Intelliġenza Artifiċjali, b’attivitajiet prattiċi fuq Microsoft Word u PowerPoint.
L-AI tiġi ppreżentata bħala għodda ta’ tagħlim, mhux bħala sostitut għall-ħsieb jew il-kreattività.
⸻
📅 Dati tal-Kors:
• 13 ta’ Lulju 2026
• 20 ta’ Lulju 2026
• 27 ta’ Lulju 2026
• 03 ta’ Awwissu 2026
• 10 ta’ Awwissu 2026
🗓️ Kull nhar ta’ Tnejn
⸻
👥 Gruppi u Ħinijiet:
• Grupp 1 – 09:00 sal-11:00
• Grupp 2 – 11:15 sal-13:15
• Grupp 3 – 13:30 sal-15:30
• Grupp 4 – 15:45 sal-17:45
• Grupp 5 – 18:00 sal-20:00
👧🧒 Etajiet: 8 sa 12-il sena
💶 Ħlas: €10 kull student
📍 Post: Kunsill Lokali Mellieħa
⚠️ Postijiet limitati – Applika issa!
📩 Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistra:
[email protected]
10/05/2026
🌸 Awguri lil kulħadd f’Jum l-Omm!
F’dan il-jum speċjali, il-Kunsill Lokali Mellieħa xtaq jagħti sinjal ta’ apprezzament lill-ommijiet u lill-anzjani tagħna li b’imħabba, kura u dedikazzjoni taw tant lill-familji u lill-komunità tagħna.
Dawn huma persuni li bil-valuri u s-sagrifiċċji tagħhom ħallew impatt pożittiv fuq ġenerazzjonijiet sħaħ, u jistħoqqilhom ir-rispett u l-gratitudni tagħna kuljum.
Nirringrazzjawkom tal-kontribut tagħkom u nawgurawlkom Jum l-Omm mimli ferħ u mħabba.
———
🌸 Happy Mother’s Day to everyone!
On this special occasion, the Mellieħa Local Council wished to show appreciation towards our mothers and elderly residents who, through love, care and dedication, have given so much to their families and to our community.
Their values, sacrifices and continuous support have positively shaped generations and deserve our gratitude and respect every single day.
Thank you for your invaluable contribution, and best wishes for a beautiful and joyful Mother’s Day.
09/05/2026
Dalgħodu s-Sindku Gabriel Micallef, flimkien mal-Kunsillier John Buttigieg, kif ukoll is-Segretarja Eżekuttiv Ma**ca Gambin, iltaqgħu mas-Surġent Ivan Mifsud biex jiddiskutu l-ħidma tal-Pulizija tal-Komunità fil-lokalità.
Il-laqgħa kienet opportunità biex jiġu indirizzati diversi punti ta’ interess komuni, bl-għan li tissaħħaħ il-preżenza tal-pulizija fil-komunità u jitkompla l-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill u l-Korp tal-Pulizija.
Il-Kunsill Lokali Mellieħa japprezza l-ħidma kontinwa tal-Pulizija tal-Komunità u jibqa’ impenjat li jsaħħaħ din ir-rabta. 🤝
————
This morning, Mayor Gabriel Micallef, together with Councillor John Buttigieg and Executive Secretary Ma**ca Gambin, met with Sergeant Ivan Mifsud to discuss the work being carried out by the Community Police within the locality.
The meeting served as an opportunity to address various matters of mutual interest, with the aim of strengthening the police presence within the community and continuing to enhance collaboration between the Local Council and the Police Corps.
The Mellieħa Local Council appreciates the continuous work of the Community Police and remains committed to further strengthening this collaboration. 🤝
07/05/2026
Il-Kunsill Lokali Mellieħa jħabbar li tlestiet l-installazzjoni ta’ tliet AEDs ġodda f’żoni pubbliċi ewlenin tal-lokalità, fil-Pjazza tal-Mellieħa, Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II u fil-bajja tal-Għadira.
Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli ttejjeb l-aċċess għal tagħmir ta’ emerġenza f’postijiet frekwentati u tħeġġeġ aktar għarfien dwar l-importanza ta’ azzjoni immedjata f’mumenti kritiċi.
Investiment ieħor favur komunità aktar sigura u preparata.
———
The Mellieħa Local Council announces the completion of the installation of three new AEDs in key public areas within the locality — at Mellieħa Square, Pope John Paul II Square and at Għadira Bay.
This initiative aims to continue improving access to emergency equipment in busy public spaces while encouraging greater awareness on the importance of immediate action during critical situations.
Another investment towards a safer and better prepared community.
07/05/2026
Few places left.
TCTC Malta
Mellieha Local Council
Responsible AI for Kids 💡
Organised by the Mellieħa Local Council in collaboration with TCTC Malta
Get ready for a fun and future-focused learning experience! This course introduces children to the responsible, ethical, and educational use of Artificial Intelligence, with hands-on activities using Microsoft Word and PowerPoint.
AI is presented as a learning assistant — encouraging creativity, critical thinking, and digital skills.
⸻
📅 Course Dates:
• 13 July 2026
• 20 July 2026
• 27 July 2026
• 03 August 2026
• 10 August 2026
🗓️ Every Monday
⸻
👥 Groups & Times:
• Group 1 – 09:00 to 11:00
• Group 2 – 11:15 to 13:15
• Group 3 – 13:30 to 15:30
• Group 4 – 15:45 to 17:45
• Group 5 – 18:00 to 20:00
👧🧒 Ages: 8 to 12 years
💶 Fee: €10 per student
📍 Location: Mellieħa Local Council
⚠️ Limited spaces available – Apply now!
📩 For more information or to register:
[email protected]
⸻
Użu responsabbli tal-AIgħat-Tfal 💡
Organizzat mill-Kunsill Lokali Mellieħa flimkien ma’ TCTC Malta
Esperjenza ta’ tagħlim moderna u interessanti!
Dan il-kors jintroduċi lit-tfal għall-użu responsabbli u edukattiv tal-Intelliġenza Artifiċjali, b’attivitajiet prattiċi fuq Microsoft Word u PowerPoint.
L-AI tiġi ppreżentata bħala għodda ta’ tagħlim, mhux bħala sostitut għall-ħsieb jew il-kreattività.
⸻
📅 Dati tal-Kors:
• 13 ta’ Lulju 2026
• 20 ta’ Lulju 2026
• 27 ta’ Lulju 2026
• 03 ta’ Awwissu 2026
• 10 ta’ Awwissu 2026
🗓️ Kull nhar ta’ Tnejn
⸻
👥 Gruppi u Ħinijiet:
• Grupp 1 – 09:00 sal-11:00
• Grupp 2 – 11:15 sal-13:15
• Grupp 3 – 13:30 sal-15:30
• Grupp 4 – 15:45 sal-17:45
• Grupp 5 – 18:00 sal-20:00
👧🧒 Etajiet: 8 sa 12-il sena
💶 Ħlas: €10 kull student
📍 Post: Kunsill Lokali Mellieħa
⚠️ Postijiet limitati – Applika issa!
📩 Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistra:
[email protected]