24/04/2025
Jekk ser tivvjaġġa għal żmien twil jew tippjana li tgħix barra minn Malta, jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi li jeħtieġu preżenza legali tiegħek f’Malta.
👉 Eżempji komuni:
- Bejgħ jew xiri ta’ proprjetà waqt li tkun barra
- Ġestjoni ta’ affarijiet finanzjarji jew legali
- Aċċess għal dokumenti jew informazzjoni importanti
- Għajnuna għal ġenituri anzjani li jistgħu jeħtieġu xi forma ta’ prokura
Prokura tagħtik il-faċilità li tinnomina lil xi ħadd ieħor biex jaġixxi f’ismek legalment u uffiċjalment, u tista’ tkun ġenerali jew speċifika.
📝 Tajjeb ngħidu li prokura tispiċċa mal-mewt tal-persuna li tkun tat il-prokura.
📲 Għal aktar informazzjoni jew biex tagħmel appuntament, tista' tikkuntattjani direttament fuq WhatsApp.
10/04/2025
Ser tibda familja jew se tiżżewweġ? Trid tkun ċert li kollox ikun ċar jekk jiġri xi ħaġa?
B’testment validu, inti:
✅ Tiddeċiedi min jirċievi x’hiex
✅ Tgħin lill-familja tevita proċeduri legali kumplessi wara l-mewt
✅ Tħalli kollox ċar skont ir-rieda tiegħek
Testment jista’ jkun sempliċi ħafna, u jiġi personalizzat għas-sitwazzjoni tiegħek.
📝 F'termini ta' żwieġ: Jekk ma ssir l-ebda kitba qabel iż-żwieġ, awtomatikament japplika r-reġim tal-komunjoni tal-akkwisti, fejn il-miżżewġin jikkondividu l-finanzi kollha tagħhom. Madankollu, jekk tixtieq separazzjoni tal-assi, jista’ jiġi ffirmat ftehim quddiem nutar, biex kull wieħed ikun responsabbli għall-finanzi tiegħu/tagħha, filwaqt li jkun hemm kollaborazzjoni.
📞 Tista' tagħmel appuntament miegħi sabiex nitkellmu fuq kif dan jista’ jsir b’mod privat u professjonali.
04/03/2025
Permezz tal-gwida tan-Nutar, li jeżerċita rwol imparzjali bejn il-Bejjiegħ u x-Xerrej, fil-konvenju se jitniżżel dak kollu li se jibbaża l-ftehim bejn il-partijiet. Ħafna drabi dan ikun jinkludi xi kundizzjonijiet li jekk ma javverawx jew ma jiġux osservati, il-partijiet ikunu jistgħu jinħallu mill-konvenju, fosthom jekk per eżempju x-Xerrej ikollu bżonn finanzjament mill-bank. Importanti ferm li jitnizzlu dawk il-kundizzjonijiet kollha relevanti sabiex ma jinqalax disgwit bla bżonn.
01/07/2024
A new series featured on today’s Times of Malta.
20/06/2024
Huwa ferm importanti li waqt konvenju l-partijiet jiftehmu sew dwar il-kundizzjonijiet tal-bejgħ u li n-Nutar jispjega sew kwalunkwe diffikultajiet li jista' jkollhom.
Filwaqt li l-ftehim huwa tal-partijiet, in-Nutar jgħin fit-tfassil ta’ klawsoli li jorbtu liż-żewġ naħiet skont kif tiddetta l-liġi. Wara li jiffirma kulħadd, titħallas taxxa proviżorja tal-bolla li jiġborha n-Nutar u li titħallas lura lid-dipartiment tat-Taxxi.
Trid tkun taf aktar? Ibgħatli messaġġ!
26/09/2023
Il-konvenju, ladarba iffirmat, jigi rregistrat mad-Dipartment tat-Taxxi u jithallas depositu tal-bolla li jkun se jhallas il-bejjiegh mal-kuntratt, jekk ikun il-kaz. Matul il-konvenju, isir xoghol min-nutar sabiex il-bejjiegh jixtri l-proprjeta b’serhan il-moħħ.
25/09/2023
Fil-każ ta’ blokok ta’appartamenti, ħafna drabi, il-konvenji ikunu ‘standard’ ghal kull unit li jkun se jinbiegħ, u l-bejjiegħ jipprovdi kopja lil min ikun se jixtri. Allura f’dawn il-każi x-xerrej għandu jagħti titwila flimkien man-Nutar tiegħu/tagħha tal-kundizzjonijiet li jkun hemm f’dan it-tip ta’ konvenju u dan sabiex wieħed jara li jaqbel mal-kundizzjonijiet kollha li jkunu mmniżżla hemmhekk.
22/09/2023
Il-partijiet iridu jiftehmu ukoll fuq it-terminu tal-konvenju skont il-bżonn tal-partijiet. Jekk għal xi raġuni, il-kuntratt ma jkunx jista jsir f’dak iż-żmien allura il-partijiet jersqu sabiex iġeddu l-ftehim tagħhom għal perjodu ieħor.
20/09/2023
Permezz tal-gwida tan-Nutar, li jeżerċita rwol imparzjali bejn il-Bejjiegħ u x-Xerrej, fil-konvenju se jitniżżel dak kollu li se jibbaża l-ftehim bejn il-partijiet. Ħafna drabi dan ikun jinkludi xi kundizzjonijiet li jekk ma javverawx jew ma jiġux osservati, il-partijiet ikunu jistgħu jinħallu mill-konvenju, fosthom jekk per eżempju x-Xerrej ikolli bżonn finanzjament mill-bank. Importanti ferm li jitnizzlu dawk il-kundizzjonijiet kollha relevanti sabiex ma jinqalax disgwit bla bżonn.
19/09/2023
Importanti li meta persuna tiddeċiedi li tixtri proprjeta, din tersaq mill-aktar fis għal konvenju sabiex tissiġilla l-ftehim li jkun sar permezz tal-kelma.
14/04/2023
Nixtieq inħabbar li din kienet l-ewwel ġimgħa mill-uffiċċju l-ġdid tiegħi ġewwa dan ir-raħal pittoresk; Is-Siġġiewi. Dan l-uffiċju fi Triq San Nikola (faċċata ta' Tyron Bar), ser jibda jkun miftuħ nhar ta' Tnejn u Ħamis mill-4 sas-7pm. Ġranet jew ħinijiet oħra bl-appuntament.
Nixtieq niltaqa' magħkom. Grazzi.
Jacqueline - In-Nutar