10/10/2026
DAWK LI JIEQFU MIX-XOGĦOL MINĦABBA PROBLEMI FIS-SAĦĦA MENTALI SE JINGĦATAW SA SENTEJN TA’ KONTIBUZZJONIJIET
Mill-Baġit li jmiss, dawk l-impjegati li jqattgħu perjodu barra mix-xogħol f’istituzzjoni medika minħabba problemi ta’ saħħa mentali se jingħataw sa sentejn ta’ krediti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali. Ħabbret dan mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, waqt il-ftuħ tal-festival ‘Nitkellem’.
Ħabbret ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se titnieda pjattaforma ġdida li permezz tagħha se jsiru inizjattivi ta’ għajnuna u sostenn.