22/07/2025
See you this Sunday! 💫
🇲🇹 X’hemm mistur taħtek, fil-fond tal-art? 🕳️🗝️
Il-Ħadd 27 ta' Lulju, qed nistednuk tesplora din il-mistoqsija magħna waqt li tivvjaġġa fl-imgħoddi mbiegħed ta' Malta 🇲🇹 fil-Katakombi Ta' Bistra fil-Mosta, li se jkunu miftuħin għall-pubbliku. Dan is-sit affaxxinanti – l-akbar post tad-dfin lil hinn mill-konfini tal-belt qadima ta' Melite – joffri ħarsa unika lejn sekli ta' ritwali, twemmin u ħajja ta' kuljum, moħbijin għal snin twal taħt l-art.
Is-sit jinkludi ċentru li jilqa' lill-viżitaturi, żona ddedikata għat-tfal, u parkeġġ komdu, li jagħmlu ideali għal ġurnata mal-familja b'differenza.
👉 Agħfas hawn għad-dettalji: heritagemalta.mt/whats-on/ta-bistra-catacombs-monthly-opening-15/
🇬🇧 What secrets lie beneath your feet? 🕳️🗝️
On Sunday 27th July, we are inviting you to explore this question as you journey through Malta’s ancient past 🇲🇹 at Ta’ Bistra Catacombs in Mosta, opening to the public. This remarkable underground site – the largest burial complex outside ancient Melite – offers a unique glimpse into centuries of ritual, belief, and everyday life, hidden for generations beneath the surface.
The site includes a visitor-friendly orientation centre, a dedicated children’s zone, and ample parking, making it ideal for a family day out with a difference.
👉 Click here for the details: heritagemalta.mt/whats-on/ta-bistra-catacombs-monthly-opening-15/
08/04/2025
09/05 - Illuminating Malta - Public Lecture - Heritage Malta
‘Illuminating Malta’, an intriguing talk set to take place on Friday 9th … Continued
27/03/2025
Something new for you to see at Ta' Bistra this weekend! ✨🪔
Our permanent display includes ceramic oil lamps found on site, but they are currently undergoing conservation. Luckily many lamps have been found here! These three lamps were donated to Heritage Malta in 2019 and were reputedly found on site. They’re now temporarily on display for you to enjoy for the very first time. By studying these lamps, we can understand more about ancient trade, production, and the values of the local people that once lived here, as well as the time period for these burials.
🎟 Explore our site for free on Sunday 30th March from 4:00 pm to 7:00 pm, and on Monday 31st March from 10:00 am to 4:00 pm, as we join in the celebration of 'Mosta Open Weekend - Vetrina tal-Lokalità.'
Please note that regular admission rates apply on Sunday before 4:00 pm, and the last allowed entry on both days is 30 minutes before closing.
-
Se taraw xi ħaġa mhux tas-soltu f’Ta’ Bistra l-Ħadd u t-Tnejn li ġej! ✨🪔
Il-wirja permanenti f’dan is-sit tinkludi lampi taż-żejt taċ-ċeramika li kienu nstabu fuq il-post iżda li bħalissa qed jiġu kkonservati. B’xorti tajba, instabu b***a lampi f’dan is-sit! Dawn it-tlieta ngħataw lil Heritage Malta fl-2019 u jingħad li nstabu hawnhekk ukoll. Bħalissa jinsabu għall-wiri temporanjament biex ikunu jistgħu jitgawdew għall-ewwel darba fil-jiem li ġejjin.
L-istudju ta’ dawn il-lampi jgħinna nifhmu aħjar il-kummerċ u l-produzzjoni tal-qedem, il-valuri tan-nies li xi darba għexu hawn, kif ukoll il-perjodi meta kien isir id-dfin f’dan is-sit.
🎟 Dur is-sit bla ħlas il-Ħadd 30 ta’ Marzu mill-4:00 pm sas-7:00 pm, u t-Tnejn 31 ta’ Marzu mill-10:00 am sal-4:00 pm, bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Mosta Open Weekend - Vetrina tal-Lokalità.
Nhar il-Ħadd qabel l-4:00 pm id-dħul ikun bir-rata tal-ħlas normali. Kemm il-Ħadd kif ukoll it-Tnejn l-aħħar dħul ikun nofs siegħa qabel il-ħin tal-għeluq.
23/03/2025
🇲🇹 Inkunu miftuħin għall-Mosta Open Weekend! Ejjew iżuruna b’xejn!
Rati tad-dħul normali japplikaw il-Ħadd qabel l-4:00 pm, u l-aħħar dħul permess nofs siegħa qabel l-għeluq.
😄🏺🪔
🇬🇧 We'll be open for the Mosta Open Weekend! Come visit us for free!
Please note that regular admission rates apply on Sunday before 4:00 pm, and the last allowed entry on both days is 30 minutes before closing.
🇲🇹 Kont taf li l-Katakombi Ta' Bistra huma, sa issa, l-akbar ġabra ta' oqbra u katakombi li nstabu f’pajjiżna lil hinn mill-belt kapitali antika tal-gżira?
Skoprihom b’xejn nhar il-Ħadd 30 ta' Marzu mill-4:00 pm sas-7:00 pm, u t-Tnejn 31 ta' Marzu mill-10:00 am sal-4:00 pm, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-'Mosta Open Weekend - Vetrina tal-Lokalità’. 🎉
⚠️ Ir-rati tad-dħul normali japplikaw il-Ħadd qabel l-4:00 pm, u l-aħħar dħul permess kemm il-Ħadd kif ukoll it-Tnejn huwa nofs siegħa qabel l-għeluq.
🇬🇧 Did you know? Ta’ Bistra Catacombs are, so far, the largest set of tombs and catacombs beyond the confines of the ancient capital city of the island.
Explore them for free on Sunday 30th March from 4:00 pm to 7:00 pm, and on Monday 31st March from 10:00 am to 4:00 pm, as we join in the celebration of ‘Mosta Open Weekend - Vetrina tal-Lokalità’ 🎉
⚠️ Please note that regular admission rates apply on Sunday before 4:00 pm, and the last allowed entry on both days is 30 minutes before closing.
For more information, please visit 🔗👉 heritagemalta.mt/whats-on/mosta-open-weekend-ta-bistra-special-opening/
03/03/2025
Will we see you at Ta' Bistra Catacombs on the 30th March? 👀
21/02/2025
Tinsiex tniżżel il-Katakombi ta’ Ta’ Bistra fil-kalendarju tiegħek għall-Ħadd li ġej! Se ssib aktar minn 90 metru ta’ ipoġej jistennewk. Inkunu miftuħin mill-10:00 sal-16:00 – aqta’ l-biljetti minn ħdejn il-bieb jew online.
😁🏺
Don't forget to make space for Ta' Bistra Catacombs on your calendar this Sunday! Over 90 metres of hypogea await you. We're open from 10:00 to 16:00—buy your tickets at the door or online.
🔗 Link: https://heritagemalta.mt/whats-on/ta-bistra-catacombs-monthly-opening-15/?fbclid=IwY2xjawHDrMlleHRuA2FlbQIxMAABHSCjbWHBpVo4UvfDN-BnEwlr_TbfNlXwl6ekiVcq6HJrOP_VhVR8nLdYlA_aem_9cgw8lQGo00Qz7GcSFQkkg
25/01/2025
Qegħdin niffaċċjaw problema bix-xiri tal-biljetti mill-website tagħna għall-ftuħ ta’ għada—imma tħassibx, għadek tista’ tixtri l-biljetti personali fuq il-post! Narawkom għada bejn l-10:00 u l-16:00 🎟️
We are facing a problem with purchasing tickets on our website for tomorrow's opening—but don't worry, you can still buy tickets in-person! See you tomorrow from 10:00-16:00 😊
24/01/2025
Għandna sinjal ġdid u sabiħ quddiem—issa żgur li ma tistax titlifna! Ejja u ara ħafna iktar waqt il-ftuħ tagħna li jsir darba fix-xahar, nhar il-Ħadd, 26 ta’ Jannar mill-10:00-16:00✨
We have a beautiful new sign out front—you can't miss us now! Come see so much more at our once-monthly opening this Sunday 26th January from 10:00-16:00🏺
23/01/2025
🇲🇹 Id-Domvs Romana se tkun magħluqa nhar it-Tlieta 4 ta' Frar biex isir xogħol ta' manutenzjoni ppjanat.
Is-sit se jkun magħluq ukoll jum qabel u jum wara, skont l-iskeda tal-ftuħ għal Jannar u Frar.
Id-Domvs Romana toffri ħarsa unika lejn il-ħajja ta' aristokratiku Ruman tal-qedem. Filwaqt li d-dar nobbli fiha nfisha ntilfet kważi kompletament, il-mużajk u l-artefatti misjuba fiha jixhdu l-importanza tagħha.
🤗 Napprezzaw li tifhmuna u ninsabu ħerqana biex nilqgħukom fiż-żjara li jmiss !
🇬🇧 The Domvs Romana will be closed on Tuesday, 4th February for planned maintenance.
Please note that it will also be closed on Monday, 3rd February, and Wednesday, 5th February, as per the January-February schedule.
The Domvs Romana offers a unique glimpse into the life of an ancient Roman aristocrat. While the noble house itself is largely lost to time, its exquisite mosaics and artifacts stand as stunning remnants of its grandeur.
🤗 We appreciate your understanding and look forward to welcoming you on your next visit!
27/12/2024
L-aħħar ċans biex iżżur il-Katakombi Ta’ Bistra din is-sena! Hemm aktar minn 90 metru ta’ katakombi x’tiskopri f’dan is-sit storiku fil-Mosta
🎁🎄✨
It’s your last chance to visit Ta’ Bistra Catacombs in 2024! There are over 90 metres of catacombs for you to visit based at an historic farmhouse in Mosta.
18/12/2024
⛏ Waqt li dan is-sit kien qed jiġi skavat, l-arkeologi sabu artefatti li jistgħu jgħinuna nifhmu l-istorja ta’ dawn il-katakombi. Dan hu wieħed mill-oġġetti misjuba: lampa taż-żejt importata mill-Afrika ta’ Fuq! Id-disinn tagħha jindika li tmur lura sal-ħames jew is-sitt seklu wara Kristu. Tinsab għall-wiri fil-Katakombi Ta’ Bistra – ejja araha b’għajnejk fid-29 ta’ Diċembru!
🪔 During excavations on site, archaeologists unearthed some artefacts that can help shape our understanding of the history of these catacombs. This is one example: it’s an oil lamp imported from North Africa! Its design indicates that it dates somewhere between the 5th and 6th centuries AD. It’s on display here at Ta’ Bistra Catacombs—come see it for yourself on 29 December!