Leħen il-Mosta

Leħen il-Mosta

Share

Shining a spotlight on Mosta, Malta's vibrant heart. Through stories and interviews, we celebrate its people, businesses, history, and culture.

Discover what makes Mosta unique and why it’s more than just a town—it’s a community worth exploring.

Photos from Mosta Parish's post 05/04/2026

L-Għid it-Tajjeb lilek u lill-familja tiegħek!
Happy Easter to you and your family!

Photos from Ġimgħa l-Kbira Mosta - Grupp Organizzattiv 's post 04/04/2026
04/04/2026
02/04/2026

WIRJA TA’ ARTI SAGRA: RAZZETT TAL-MARKIŻ MALLIA TABONE
🇲🇹 Inkomplu l-mawra tagħna fil-Mosta b’wirja f’ambjent mill-isbaħ u mimli storja: ir-Razzett tal-Markiż. F’dan il-vidjow nagħtu ħarsa lejn kollezzjoni estensiva ta’ arti li tinkludi pitturi dettaljati, statwi, u 3D printed, kollha ddedikati għall-Passjoni ta’ Kristu.
Tkellimna ma' Eric Frendo, li spjega kif dan l-ispazju storiku jintuża b’mod regolari bħala ċentru għal diversi wirjiet tal-arti tul is-sena.
📍 Lokalità: https://maps.app.goo.gl/rmTrbKRW6NSYsfGUA

SACRED ART EXHIBITION: RAZZETT TAL-MARKIZ MALLIA TABONE
🇬🇧 Our journey through Mosta continues with an exhibition set in the historic and beautiful Razzett tal-Markiż Mallia Tabone. This video showcases an extensive collection of sacred art, featuring intricate paintings, sculptures, and 3D-printed, all centered around the Passion of Christ.
We spoke with Eric Frendo, who explained how this historic area is utilized as a dedicated space for various art exhibitions throughout the year. He shared how this exhibition brings together works from numerous artists.
📍 Location: https://maps.app.goo.gl/rmTrbKRW6NSYsfGUA

01/04/2026

🇲🇹 F’din il-wirja fil-Mosta, Carmelo Camenzuli jaqsam magħna l-istorja tiegħu ta’ kif bdiet l-imħabba lejn il-Ġimgħa l-Kbira u l-wirjiet sagri. Carmelo jispjega kif missieru kien jieħdu jara l-wirjiet minn ta' età żgħira, u minn hemmhekk nibtet id-devozzjoni li għadu jħaddan sa llum.
​📍 Lokalità: https://maps.app.goo.gl/byyJraXJE6nGt9Z47?g_st=ac
⏰ Ħinijiet: Miftuħa matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

​🇬🇧 In this Mosta exhibition, Carmelo Camenzuli shares the personal story of how his passion for Holy Week traditions began. Carmelo recalls how his father would take him to see sacred art exhibitions as a young boy, sparking a lifelong devotion.
​This display features a collection of detailed statues (vari) that invite visitors to reflect on the Passion of Christ within a traditional and solemn setting.
​📍 Location: https://maps.app.goo.gl/byyJraXJE6nGt9Z47?g_st=ac
⏰ Opening Hours: Open daily throughout Holy Week.

01/04/2026

SANCTUM SANCTORUM: WIRJA TA’ ARTI SAGRA
🇲🇹 Inkomplu l-vjaġġ tagħna fil-Mosta b’wirja oħra mill-isbaħ. Dan il-vidjow naraw sett ta’ vari u statwi li juru l-Passjoni ta’ Kristu, b’attenzjoni kbira għas-sengħa u d-devozzjoni li din l-arti kapaċi tnissel.
F’dan il-vidjow naraw set ta' statwi mis-seklu 17.
📍 Lokalità: https://maps.app.goo.gl/NNnFcTHKgP8K1Sjz7?g_st=ac
⏰ Ħinijiet: Miftuħa kuljum matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

SANCTUM SANCTORUM: SACRED ART EXHIBITION
🇬🇧 Our coverage of Holy Week in Mosta continues with the Sanctum Sanctorum exhibition. In this video, Clayton Meli introduces us to a remarkable 17th-century collection that offers a rare glimpse into how Holy Week was observed in centuries past.
This exhibition is a must-visit for anyone interested in the intersection of history and faith.
📍 Location: https://maps.app.goo.gl/NNnFcTHKgP8K1Sjz7?g_st=ac
⏰ Opening Hours: Open daily throughout Holy Week.

01/04/2026

🇲🇹 F’dan il-filmat inżuru l-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira fil-każin tas-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard fil-Mosta. Din is-sena hija waħda speċjali hekk kif il-wirja qed tiċċelebra tletin sena anniversarju.
Tkellimna ma' John Dimech li qasam magħna kif bdiet l-imħabba tiegħu lejn l-arti sagra u l-Ġimgħa l-Kbira.
📍 Lokalità: https://maps.app.goo.gl/b3fMpSnHM1aPST96A?g_st=ac

🇬🇧 In this video, we visit the annual Holy Week exhibition at the Nicolò Isouard Philharmonic Society in Mosta. This year marks a special milestone as the exhibition celebrates its 30th anniversary.
We spoke with member John Dimech, who shared how his passion for sacred art and Holy Week started.
📍 Location: https://maps.app.goo.gl/b3fMpSnHM1aPST96A?g_st=ac

28/03/2026

🇲🇹 Fil-qalba tal-Mosta, eżatt maġenb il-Bażilika, il-Grupp Armar Marija Assunta qed itella' wirja mill-isbaħ li tiġbor fiha varjetà ta’ xogħol artistiku relatat mal-Passjoni ta’ Kristu. F’dan il-vidjow, nagħtu ħarsa lejn id-dettall fl-istatwi, il-pittura, u oġġetti oħra ta’ devozzjoni li qed jiġu esebiti din is-sena.
Huwa ta’ pjaċir li naraw id-dedikazzjoni ta’ dan il-grupp li, apparti l-armar tal-festa, qed joffri dan l-ispazju ta’ riflessjoni għall-Mostin u l-viżitaturi kollha matul din il-ġimgħa mqaddsa.
📍 Lokalità: Grupp Armar Marija Assunta (Maġenb ir-Rotunda, il-Mosta)
⏰ Ħinijiet: Jiftaħ kuljum filgħaxija (u l-Ħamis u l-Ġimgħa l-Kbira wkoll filgħodu).

🇬🇧 Located right next to the Mosta Dome, the Grupp Armar Marija Assunta is hosting its annual Lenten exhibition. This video showcases the impressive collection of sacred art, including detailed statues and paintings that bring the story of the Passion to life.
It is inspiring to see the hard work of these volunteers, who dedicate their time to creating such a beautiful space for reflection in the heart of our community during Holy Week.
📍 Location: Grupp Armar Marija Assunta (Next to the Rotunda, Mosta)
⏰ Opening Hours: Open daily in the evening (with special morning hours on Maundy Thursday and Good Friday).

28/03/2026

🇲🇹 Din mhix biss kappella, imma storja ta’ devozzjoni li bdiet snin ilu minn Vincenzo Agius. Huwa kien skolta l-istatwa tad-Duluri mill-injam mastizz u bil-mod il-mod biddel parti minn daru f’kappella devota.
Illum, ir-raba’ ġenerazzjoni tal-familja Agius ikomplu jieħdu ħsieb dan il-post għażiż fil-Mosta. Dak li jagħmel din il-kappella speċjali huwa li l-bibien tagħha jinfetħu għall-pubbliku darba biss f’sena: propju llum, f’jum id-Duluri.

🇬🇧 In the heart of Mosta lies a private family chapel with a remarkable history. It all began with Vincenzo Agius, who sculpted a beautiful statue of Our Lady of Sorrows from solid wood and slowly transformed a part of his home into a sanctuary.
That legacy was continued by his son, Salvatore, and is now preserved by the fourth generation of the Agius family. This hidden gem opens its doors to the community only once a year, specifically for the Feast of Our Lady of Sorrows (Id-Duluri).

Want your business to be the top-listed Government Service in Mosta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Website

Address


Mosta