01/11/2026
Kelli l-pjaċir nattendi għall-ftuħ tal-wirja Gloria Sanctorum, Wirja ta’ Statwi fuq Stil Naplitan, ġewwa s-sede tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893, f’Ħal Qormi.
Wirja mill-isbaħ li tlaqqa’ flimkien it-talent u s-sengħa artistika tal-artist Naplitan Marco Bottiglieri u tal-artist Malti Joseph Micallef.