Mario Ellul

Mario Ellul

Share

Former Treasurer Partit Nazzjonalista (until 13 July 2023).

01/11/2024

🚨 Labour Fake News Alert 🚨

Hi gidba tal-Partit Laburista u l-GWU li qed nippruvaw nibgħatu xi ħaddiema tal-PBS il-ħabs.

1) Il-Partit Nazzjonalista talab li l-Qorti tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li l-Ordni tal-Qorti stess tiġi segwita u ma tibqax tinkiser u mhux biex kwalunkwe persuna tmur il-ħabs.

2) L-ordni tal-Qorti qed tinkiser mit-tmexxija tal-PBS u mhux mill-impjegati.

3) Il-Gvern u l-Partit Laburista jmisshom jistħu li qed iġiegħlu lit-tmexxija tal-PBS tikser il-liġi biex jagħmlu propaganda ta' Robert Abela u tal-Partit Laburista.

4) Il-GWU imissha qed tagħti struzzjonijiet lill-ħaddiema biex ma jobdu l-ebda ordni li hi illegali, ġejja minn fejn ġejja, u mhux tintilef tivvinta l-gideb biex tiddefendi lil Robert Abela.

5) L-impunità li ħoloq dan il-Gvern issa qed narawha bi sfida bil-miftuħ kontra l-ordni tal-Qorti, fejn it-tmexxija tal-PBS sfaċċattament tikser ordni tal-Qorti u tippretendi li ħadd ma jieħu l-ebda azzjoni.

L-ebda gidba mhi se twaqqafna milli nkomplu nieħdu kull azzjoni biex inwaqqfu lil dan il-Gvern milli jibqa' jipprova għaddej romblu minn fuq kulħadd.

Want your business to be the top-listed Government Service in Pietà?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Website

Address


Pietà
PTA