Fondi Ewropej

Fondi Ewropej

Share

Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Fondi Ewropej, Government Organization, Casa Leoni, Santa Venera.

Il-paġna uffiċjali tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali

The official page of the of the Ministry for European Funds and the Implementation of the Electoral Programme

28/05/2026

F’Lulju 2026 se tinfetaħ it-tielet sejħa tal-iskema Investments On Board iffinanzjata mill-fondi Ewropej.

Din l-iskema se tkompli tappoġġja lill-operaturi fis-settur marittimu biex jinvestu f’tagħmir u sistemi aktar moderni, effiċjenti u sostenibbli abbord.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Alicia Bugeja Said | Fondi.eu | Sajd | SEM - Servizzi Ewropej f'Malta

Photos from Fondi Ewropej's post 22/05/2026

Permezz ta’ aktar minn €265,000 f’fondi Ewropej, il-Farrugia Woodworks setgħet tinvesti f’tagħmir u makkinarju ġdid biex ittejjeb l-operat tagħha u żżid il-produttività.

Il-Fondi Ewropej qed ikomplu jgħinu lin-negozji Maltin jinvestu, jikbru u jsaħħu l-kompetittività tagħhom.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Silvio Schembri | Fondi.eu

22/05/2026

Investiment ta’ aktar minn €5 miljun iffinanzjat mill-Fondi Ewropej wassal għar-rinnovazzjoni u l-immodernizzar ta’ Block 1 ta’ Mount Carmel Hospital, b’tnaqqis ta’ 83.53% fid-domanda tal-enerġija u titjib fil-prestazzjoni enerġetika tal-binja.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Jo Etienne Abela | Saħħa | Fondi.eu

Photos from Fondi Ewropej's post 21/05/2026

Qed inkomplu nwettqu investiment importanti permezz tal-Fondi Ewropej f’ħames proġetti.

Dawn il-proġetti qed jitwettqu ma’ Fondazzjoni Sebħ, il-Kamra tal-Kummerċ, l-MEA, l-MFA u l-Kamra tal-SMEs, u se jilħqu lil familji, żgħażagħ, ħaddiema u persuni vulnerabbli, filwaqt li jikkontribwixxu biex inkomplu nibnu soċjetà aktar ġusta u inklussiva.

Fondi Ewropej | Fondi.eu | Fondazzjoni Sebħ | The Malta Chamber Of Commerce, Enterprise And Industry , | Malta Employers Association - Mea | Malta Chamber of SMEs | Malta Football Association - 1900

19/05/2026

Permezz tal-Fondi Ewropej qed ninvestu aktar minn €1.6 miljun fil-Masġar Bormla biex inkomplu nsaħħu l-bijodiversità u noħolqu spazju naturali aktar sabiħ u għall-familji u l-viżitaturi.

Dan il-proġett jinkludi t-tħawwil ta’ siġar, miżuri ta’ prevenzjoni tan-nirien u faċilitajiet ġodda biex il-familji u l-viżitaturi jkunu jistgħu jgawdu dan il-post b’mod aktar sigur u komdu.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Miriam Dalli | Project Green | Fondi.eu

14/05/2026

€25 miljun investiti fil-futur tas-saħħa f’Malta permezz tal- Fondi Ewropej. Proġett li jsaħħaħ il-kapaċità nazzjonali u jġib terapiji avvanzati aktar qrib in-nies.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Jo Etienne Abela | Saħħa | Fondi.eu

13/05/2026

Investiment fil-potenzjal taż-żgħażagħ tagħna huwa investiment fil-futur ta’ Malta.

L-innovazzjoni u t-talent taż-żgħażagħ tagħna qed iwasslu lil Malta fuq livell Ewropew 🇪🇺
Permezz tal-Fondi Ewropej u l-EU Contest for Young Scientists, studenti Maltin se jkollhom l-opportunità jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Ġermanja permezz ta’ esperjenza internazzjonali.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Fondi.eu | NSTF

Photos from Fondi Ewropej's post 12/05/2026

Madwar €350,000 minn Fondi Ewropej qed jikkofinanzjaw investiment ta’ €1 miljun fil-Biċċerija Pubblika. Proġett li qed iġib teknoloġija aktar moderna u settur tal-laħam aktar effiċjenti u sostenibbli.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Fondi.eu | Anton Refalo | Agrikoltura

11/05/2026

Permezz tal-Fondi Ewropej, Erasmus+ u l-European Solidarity Corps, qed noħolqu aktar opportunitajiet, ħiliet u esperjenzi għaż-żgħażagħ tagħna.

Intlaħaq Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati tal-EUPA għall-2026–2030 ftehim li jsaħħaħ lil dawk li kuljum jaħdmu biex il-Fondi Ewropej jaslu għand studenti, żgħażagħ u organizzazzjonijiet f’Malta u Għawdex.

Stefan Zrinzo Azzopardi | Fondi.eu | EUPA Malta - Erasmus+ & European Solidarity Corps

Photos from Fondi Ewropej's post 09/05/2026

Illum niċċelebraw Jum l-Ewropa – ġurnata li tfakkarna kif il-fondi u l-investiment Ewropew jistgħu jkomplu jmexxu ’l quddiem l-avvanz tal-ġnus Ewropej u jsaħħu l-futur tal-komunitajiet tagħna.

Stefan Zrinzo Azzopardi ! Fondi.eu | SEM - Servizzi Ewropej f'Malta

Want your business to be the top-listed Government Service in Santa Venera?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Telephone

Website

Address


Casa Leoni
Santa Venera