Informa

Informa

Share

Ċentru ta' riċerka u studji 📚 Biex wieħed isib l-oriġini ta' Informa 📚, irid imur lura aktar minn 52 sena.

Illum, l-Informa qed teżamina direzzjonijiet ġodda u opportunitajiet friski sabiex tiżgura li dan iċ-ċentru jibqa’ relevanti u ħaj fil-kuntest kontemporanju u mhux biss dak storiku. Fl-1972, il-librerija bdiet bħala waħda żgħira, bi ftit kopji tal-gazzetti u rivisti li kienu jaslu fil-kamra tal-aħbarijiet tal-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista. Maż-żmien, kibret u saret magħrufa madwar il-pajjiż ko

22/04/2026

Il-fiduċja u x-xogħol 💼⚙️👷🏻‍♂️🛠️

20/03/2026

Għandek xi xogħol u ilek tberren taħseb għandekx tippubblikah? 📚 Ibgħat email fuq [email protected] b'interess dwar dan, u wara niltaqgħu għal ☕ u nitkellmu ftit.

Xerred din il-post għal ma' dawk li taħseb li huma interessati ➦

02/03/2026

Fl-aħħar jiem ilqajna f'Informa lil Peter Agius u ppreżentajnilu l-pubblikazzjoni "Il-Karikatura tal-Mument" 📚

Grazzi lil Peter tal-appoġġ li dejjem sibna mingħandu fl-aħħar xhur 🙏

26/02/2026

Fil-Librerija tal-Università ta' Malta wieħed jista' jsib il-ktieb Il-Karikatura tal-Mument.

L-aspetti letterarji u t-termini letterarji li jinsabu fil-ktieb, fil-kuntest ta' satira u l-karikatura minnha nnifisha issa jinsabu fil-Melitensia tal-Librerija tal-Università

University of Malta | Library at UM

Photos from Informa's post 07/02/2026

Awguri Eddie Fenech Adami. Ritratti li għandna f'Informa li mhux issoltu naraw.

30/01/2026

F'idejna llum waslet il-pubblikazzjoni Mostija 📚🙏

Fl-aħħar xhur Informa tat l-assistenza u l-kontenut mitlub lill-Grupp Armar Marija Assunta - Mosta għal riċerka dwar il-50 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta' Santa Marija meqjum fil-Bażilika u Santwarju tal-Assunta fil-Mosta.

Awguri u prosit tax-xogħol 👍

29/01/2026

James Aaron Ellul u Mark Schembri f'Net Live f'diskussjoni dwar IL-KARIKATURA TAL-MUMENT 📘 Pubblikazzjoni minn Informa.

NET Television

21/01/2026

"Harry" ⛈️🌬️🌊 mhux l-ewwel maltempata li laqtet lil Malta matul Jannar. F'Informa fittixna fid-dokumenti tagħna u nstab li kien hemm żewġ maltempati intensivi oħra li laqtuna matul l-istess xahar. F’dawn l-aħħar 50 sena kellna maltempati simili fis-16 ta’ Jannar 1978 u fis-17 ta’ Jannar 1985.

21/01/2026

Il-politika spiss tkun is-suġġett ta’ karikaturi, u l-ktieb "Il-Karikatura tal-Mument" ippubblikat mil-Librerija Informa huwa ġabra ta’ 24 karikatura li saru waqt il-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali tal-2024.

Dalgħodu d-Direttur tal-Informa James Aaron Ellul u l-karikatur, l-artist Mark Schembri, ippreżentaw kopja ta’ dan il-ktieb lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u lis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.

Fost il-karikaturi li hemm inklużi f’din il-pubblikazzjoni hemm dik ta’ San Klaċċubrejk, il-qaddis protettur ta' dawk li jkunu mwaħħla fit-traffiku.

Alex Borg faħħar din l-inizjattiva u filwaqt li rringrazzja lil James Aaron Ellul u Mark Schembri, awgura aktar ħidma u pubblikazzjonijiet min-naħa tal-Librerija Informa.

"IL-KARIKATURA TAL-MUMENT' preżentat lill-Kap tal-PN Alex Borg - NETnews 20/01/2026

📚 IL-KARIKATURA TAL-MUMENT 🙏 NET News

"IL-KARIKATURA TAL-MUMENT' preżentat lill-Kap tal-PN Alex Borg - NETnews INFORMA nediet l-ewwel ktieb tagħha bl-isem ‘IL-KARIKATURA TAL-MUMENT’. Ktieb li jikkonsisti f’24 karikatura, u li l-awtur tiegħu huwa d-Direttur tal-istess INFORMA James Aaron Ellul …bix-xogħol tal-artist, Mark Schembri. Dan il-ktieb, huwa l-ewwel tax-xejra tiegħu għax permezz ta’ di...

Want your business to be the top-listed Government Service in Tal-Pietà?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Telephone

Website

Address


2, Level 1, Triq Herbert Ganado
Tal-Pietà
PTA1450