05/06/2026
Din il-paġna ftaħniha f’Settembru tal-2023 bil-għan li nkunu sors ta’ informazzjoni dwar id-diversi Servizzi u Benefiċċji Soċjali .
Illum f’anqas minn 3 snin wara għandna 20,000 follower u ta’ dan nirringrazzjawkom minn qalbna.
Fl-aħħar sena wkoll saħħaħna t-team ta’ din il-paġna sabiex permezz ta’ messenger inkunu ta’ servizz u għajnuna fuq mistoqsijiet personali li jittrattaw il-benefiċċji soċjali.
Fil-fatt fl-aħħar sena biss, qdejna kważi 2,000 persuna permezz ta’ messenger fuq diversi temi u mistoqsijiet li kellhom.
Għalhekk nappellaw lil kulħadd biex meta tikkummentaw fuq l-informazzjoni li nkunu qed inwasslulkom ma tistaqsux dwar affarijiet personali imma għal mistoqsijiet personali użaw il-messenger ħalli nipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni tagħkom.
Minn qalbna nirringrazzjaw lit-team ta’ Servizzi u Benefiċċji Soċjali tad-dedikazzjoni tagħhom u l-impenn li juru.
03/06/2026
L-iskop ta' din il-paġna minn dejjem kien li nwasslu tagħrif dwar is-servizzi u benefiċċji soċjali.
Dejjem bqajna l-bogħod milli nitkellmu fuq affarijiet politiċi, anke jekk kultant ikun hemm min jinterpreta xi nformazzjoni li ngħatu bħala politika.
Imma llum se nagħmlu eċċezzjoni u bi pjaċir ninnutaw li l-Onorevoli Michael Falzon li f'dawn l-aħħar 9 snin kien qed imexxi dan id-dekasteru mportanti, se jkun qed jerġa jinħatar bħala Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja.
Aħna minn qalbna nirringrazzjaw u nawguraw lill-Ministru Michael Falzon, lis-Segretarju Permanenti Mark Musu', u lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru u nħarsu 'l quddiem lejn aktar ħidma b'risq il-pensjonanti u anzjani, familji bit-tfal, ħaddiema, persuni b'diżabilità u persuni f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà.
Familja | Is-Servizz Pubbliku
02/06/2026
Il-ħlas li jmiss tal-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja se jsir kif skedat fl-20 ta' Ġunju. Dan se jkun ikopri it-tieni nofs tas-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2026.
Aktar dettalji jingħataw meta jkun il-waqt.
Familja | Is-Servizz Pubbliku | Servizz.gov
01/06/2026
L-elezzjoni ġenerali issa għaddet u mill-lum 'il quddiem fi ħsiebna u f'moħħna għandu jkollna biss il-bajda u l-ħamra għax aħna lkoll aħwa Maltin u Għawdxin 🇲🇹
Minn naħa tagħna se nkomplu nkunu magħkom b'aktar Servizzi u Benefiċċji Soċjali u b'aktar tagħrif dwar dawn.
Ibqgħu segwuna 🫶
27/05/2026
70 Sena ta' Sigurta' Soċjali - Kburin bil-Passat, Inħarsu l-Preżent, Nassiguraw il-Futur 🇲🇹