Kumitat Festi Nazzjonali

Kumitat Festi Nazzjonali

Share

Kumitat Festi Nazzjonali

12/07/2024

Għal din is-sena wkoll, qegħdin nippreparaw biex jiġu organizzati il-kompetizzjonijiet tal-Presepji u Pasturi - Milied 2024. Għalhekk ser naqsmu magħkom ir-regolamenti għall-parteċipazzjoni, dettalji kif tirreġistraw, etċ. Dawn id-dokumenti jistgħu jiġu aċċessati mis-sit uffiċjali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli jew billi tużaw il-link t'hawn taħt.

Il-QR code li diġa jidher fil-poster jiġi attivat aktar t**d.

https://ichmalta.gov.mt/events/

13/10/2021

Tislima lill-Poeta Nazzjonali

Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm li twieled f’Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 t’Ottubru 1871 u miet San Ġiljan nhar it-13 t’Ottubru 1961. Din is-sena nfakkru l-150 sena mit-twelid tal-Poeta’.

Għal darb’oħra Festivals Malta permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Akkademja tal-Malti qed ifakkar lill-Poeta Nazzjonali b’attivitajiet apposta’.

It-Tlieta 13 t’Ottubru, 2021 se tiġi inawgurata esebizzjoni marbuta mal-Poeta Nazzjonali fil-binja tal-MUŻA mtella’ minn Heritage Malta.

It-Tlieta 13 t’Ottubru, 2021 se tittella’ serata kommemorattiva bit-tema “Iftaħ Qalbek għall-Kelma tas-Sliem” fis-Sala Ewlenija tal-Mużew tal-Arkeoloġija l-Belt Valletta fit-8pm. Din is-serata tiġi streamed live fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Festivals Malta. Fis-serata il-Maestro Domnic Galea se jinterpreta għall-ewwel darba l-mużika għall-innu li kiteb Dun Karm stess bl-isem ta’ “1921 – Lil Ħuti l-Maltin Nhar l-Għoti tal-Kostituzzjoni”. Flimkien ma’ Domnic Galea se tieħu sehem il-kantanta Dorothy Bezzina. Fis-serata ser ssir ukoll taħdita fuq it-tema Dun Karm u l-Kostituzzjoni tal-1921. F’din it-taħdita jieħdu sehem is-Sa Simone Azzopardi, Prof. Adrian Grima u s-Sur Joe Borg. Il-moderatriċi tat-taħdita tkun is-Sa Rita Saliba.
L-attivitajiet biex ifakkru l-Poeta Nazzjonali jkomplu it-Tnejn 18 t’ Ottubru, d-data marbuta mat-twelid ta’ Dun Karm Psaila. Fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu il-Ministru Jose Herrera , Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kumitat Festi Nazzjonali, l-Akkademja tal-Malti u għaqdiet oħra jsellmu lill-poeta b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni fuq il-mafkar tal-Poeta fil-Floriana.

Festivals Malta ħa ħsieb ukoll li jinħadem feature apposta li jfakkar din l-okkazjoni, li ser jiġi mxandar fuq l-istazzjon tat-televiżjoni nazzjonali matul dan il-perjodu kif ukoll fuq il-paġna tal-facebook ta’ Festivals Malta.

Quick guide: Events in Malta 02/05/2018

Quick guide: Events in Malta Our goal? You’ll find everything you need to know about great events in Malta you won’t want to miss ... and you have plenty to choose from! Malta’s national festivals and events are highlights in the country’s cultural calendar and are anticipated and enjoyed each year by thousands, both au...

11/12/2017

ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA’ JUM IR-REPUBBLIKA

Attivitajiet li qed jiġu organizzati minn Festivals Malta permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Uffiċċju tal-President


It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 2017

18.15 Programm ta’ marċi fil-Belt Valletta mill-Banda Duke of Connaught’s Own Band, ta’ Birkirkara. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Melita, Triq Merkanti, Triq San Ġwann, Pjazza Repubblika u lura fi Triq ir-Repubblika.

L-Erbgħa, 13 ta’ Diċembru, 2017

09.30 Il-kontinġenti tal-Forzi Armati ta' Malta, akkumpanjati mill-Banda, jitilqu minn ħdejn il-bini tal-Parlament fi Pjazza Ħelsien il-Belt Valletta. Minn hawn jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn issir il-Parata.

10.00 Parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta' Malta. Jattendu l-E.T. l-President ta' Malta, l-Onorevoli Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.

11.00 Wara l-Parata ssir Ċerimonja ta' Investitura u tal-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru.

13.30 L-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tqiegħed kuruna ta’ tifkira fuq il-Monument ta’ Malta Repubblika, il-Marsa

16.45 Programm ta’ marċi mis-Socjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette tal-Belt Valletta. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Melita, Triq Merkanti, Triq San Ġwann, Pjazza Repubblika u lura għal Triq ir-Repubblika.

12/10/2017

TISLIMA LILL-POETA NAZZJONALI

Ix-xahar t’Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-Poeta Nazzjonali, Dun Karm, li twieled f’Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 t’Ottubru 1871 u miet San Ġiljan nhar it-13 t’Ottubru 1961.

Għal darb’oħra, il-Kumitat Festi Nazzjonali, flimkien mal-Akkademja tal-Malti u d-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni, se jfakkru lill-Poeta Nazzjonali b’attivitajiet li se jsiru fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton, Ħ’Att**d, mal-monument ta’ Dun Karm fil-Furjana, kif ukoll f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ħadd 15 t’Ottubru 2017, se ssir serata kommemorattiva bit-tema: “Lil din l-Art Ħanina,” fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton, Ħ’Att**d, fis-7:00 ta’ filgħaxija. Is-serata qed tiġi organizzata taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Fis-serata se jieħdu sehem il-grupp muzikali Skald, li se jinterpreta poeziji ta’ Dun Karm fosthom Lill-Bandiera Maltija u Lil Mikiel Anton Vassalli. Se jkun hemm preżentazzjoni dramatizzata mill-istudent tal-Iskola tad-Drama, u taħdita dwar il-Poeta Nazzjonali fejn se jieħdu sehem Kit Azzopardi, Dr Adrian Grima, u Joanne Sciberras. L-Onor. Ministru Owen Bonnici, Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, u l-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, se jindirizzaw ukoll lill-mistiedna.

L-Erbgħa 18 t’Ottubru 2017, studenti mill-Iskola Primarja tal-Furjana se jfakkru l-Poeta Nazzjonali b’ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-mafkar ta’ Dun Karm fil-Furjana fil-11:00 ta’ filgħodu, filwaqt li l-għada, l-Ħamis 19 t’Ottubru 2017, se ssir attività fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ li tiġi segwita b’korteo u ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-qabar tal-Poeta Nazzjonali, Dun Karm, li jinstab fl-istess lokalità. Din l-attività qed tiġi koordinata mid-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni.

19/09/2017

FESTA NAZZJONALI TAL-INDIPENDENZA, 2017

Fl-okkażjoni ta’ JUM L-INDIPENDENZA, il-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza dawn l-attivitajiet.

L-Ħamis, 21 ta' Settembru, 2017

Quddiesa Pontifikali u Te Deum fil-Konkatidral ta' San Ġwann

09.30 Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur minn Misraħ il-Ħelsien għal Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

09.40 Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann

09.45 Wasla tal- Kap Kmandant tal-Forzi Armati

09.51 Wasla tal-Onor Aġent Prim Ministru

09.55 Wasla tal-E.T. l- Aġent President ta' Malta
Tingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur

10.00 Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum

Tqegħid ta' Fjuri fuq il-Monument tal-Indipendenza, il-Furjana

11.15 Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja tal-Unur jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana

11.20 Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument tal-Indipendenza

11.24 Wasla tal- Kap-Kmandant tal-AFM

11.26 Wasla tal-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni

11.28 Wasla tal-Onor. Aġent Prim Ministru

11.30 Wasla tal-E.T. l-Aġent President ta’ Malta

L-E.T. l-Aġent President ta' Malta, l-Onor. Aġent Prim Ministru u l-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument.


Kunċert tal-Indipendenza

19.30 Kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Mro Micheal Laus bil-parteċipazzjoni tas-solista Gillian Zammit fil-Bitħa tal-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta

18/09/2017

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Settembru, Jum l-Indipendenza, il-Kumitat Festi Nazzjonali, fost oħrajn, ifakkar din il-festa nazzjonali b’ċerimonja nazzjonali fuq il-mafkar tal-Indipendenza, fejn l-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta , il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jsellmu l-monument fejn simbolikament ipoġġu bukkett fjuri. Fl-istess okkażjoni jingħata s-salut nazzjonali. Iċ-ċerimonja tibda għall-ħabta tal-11.10 ta’ filgħodu.

Għal dan l-għan hu meħtieġ li bejn il-ħdax neqsin kwart u n-nofs siegħa, it-trasport pubbliku jgħaddi minn Triq Sant’Anna u l-pubbliku jkun ġentilment mitlub biex jinżel mill-istess karozzi fl-istess triq minflok fi Triq Sarria. Mill-banda l-oħra, il-venda tal-Belt Valletta, għal dak li jirrigwardja bidu ta’ vjaġġi lejn l-ibliet u l-irħula rispettivi, se tibqa’ topera normali.
Għall-istess okkażjoni, il-Kumitat Festi Nazzjonali jieħu ħsieb ukoll li jsir il-Pontifikal fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn qabel ikun hemm il-Gwardja tal-Unur, inkluż l-ispezzjoni tal-istess Gwardja mill-Eċċ Tagħha l-President. Isir ukoll il-kunċert orkestrali mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fil-Bitħa tal-Palazz Presidenzjali , il-Belt Valletta. It-tali kunċert se jiġi trasmess fuq TVM 2.

15/09/2017

On Thursday 21st of September, Independence Day, the National Feasts Committee, among others, remembers this national feast with a national ceremony by the Independence memorial, where H.E. the President of Malta, the Prime Minister and the Leader of the Opposition salute the monument by symbolically placing a bouquet of flowers. In the same event the national salutation will be given. The ceremony begins at around 11.10 in the morning.
To this aim it is necessary that between fifteen minutes to eleven and half past twelve, public transport passes through Saint Anne Street and the public will be asked to kindly disembark from these same buses in the same street instead of Sarria Street. On the other hand, the Valletta bus terminus, with regard to journeys towards the respective towns and villages, will keep operating as per usual.
For the same event, the National Feasts Committee will take care that the Pontifical High Mass will take place in Saint John’s Co-Cathedral, before which there will be the Guard of Honour, including the inspection of the same Guard by H.E. the President. The orchestral concert by the Malta Philharmonic Orchestra will also take place in the Courtyard of the Presidential Palace, in Valletta. This same concert will be transmitted on TVM 2.

12/12/2016

ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA’ JUM IR-REPUBBLIKA

Attivitajiet li qed jiġu organizzati mill-Kunsill Malti għall-Arti, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-Uffiċċju tal-President

Il-Ħadd, 11 ta’ Diċembru, 2016

19.00hrs Kunċert tar-Repubblika mill-Chorus Urbanus fis-Sala tal-Wirjiet, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Għawdex.

It-Tnejn, 12 ta' Diċembru, 2016

17.45hrs Programm ta’ marċi fil-Belt Valletta mill-Banda Santa Marija tal-Mosta. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Melita, Triq Merkanti, Triq San Ġwann, Pjazza Repubblika u lura fi Triq ir-Repubblika.

It-Tlieta, 13 ta’ Diċembru, 2016

09.30hrs Il-kontinġenti tal-Forzi Armati ta' Malta, akkumpanjati mill-Banda jitilqu minn ħdejn il-bini tal-Parlament, fi Pjazza Ħelsien il-Belt. Minn hawn jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, fejn issir il-Parata.

10.00hrs Parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta' Malta. Jattendu l-President ta' Malta, il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.

11.00hrs Wara l-Parata ssir Ċerimonja ta' Investitura u tal-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, Valletta.

14.00 hrs L-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tqiegħed kuruna ta’ tifkira fuq il-Monument ta’ Malta Repubblika, il-Marsa

16.45 hrs Programm ta’ marċi fil-Belt Valletta mill-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt Valletta. Il-marċ jgħaddi minn Triq ir-Repubblika, Triq Melita, Triq Merkanti, Triq San Ġwann, Pjazza Repubblika u lura għal Triq ir-Repubblika

Want your business to be the top-listed Government Service in Valletta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Address


Valletta