LIVE | L-iffirmar tal-ftehim biex Manoel Island u Forti Tigné jingħataw lura għat-tgawdija tal-familji
Artijiet
Waħda mill-paġni uffiċjali tal-Ministeru għall-Kultura, Artijiet u Gvern Lokali.
Spjega tal-iskema l-ġdida li se tagħti roħs lil NGOs u trade unions li joperaw minn proprjeta' tal-Awtorita' tal-Artijiet fejn tidħol il-kera jew ċens tagħhom.
Lands Authority
Iż-żona ta' Għar Ħasan f'Ħal Far hija medda ta' 5,000 metru kwadru amministrata mill-Awtorita' tal-Artijiet. Apparti mis-sbuħija naturali, għandha wkoll importanza patrimonjali u kulturali kemm tanġibbli u kemm intanġibbli.
Se nkunu qed intejbu, nippreservaw nsebbħu din iż-żona biex titgawda b'mod sostenibbli mill-familji Maltin u Għawdxin bis-saħħa ta' ħidma koordinata mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni id f'id mal-Awtorita' tal-Artijiet.
Grazzi minn qalbi wkoll lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, immexxi mis-Sindku Scott Camilleri tal-koperazzjoni u għajnuna sħiħa tiegħu.
Determinati li nkomplu nagħmlu d-differenza!
Restoration & Preservation Department | Lands Authority
Niġbdu ħabel wieħed favur ir-residenti ta' Ħal Għaxaq 👊
Andy Ellul | Lands Authority | Kunsill Lokali Hal Ghaxaq
Inkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna favur it-tradizzjonijiet kulturali Maltin 👊
Għalqa u struttura li bħalissa jinsabu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġew trasferiti lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 b’titolu ta’ kera għall-perjodu ta’ ħmistax-il sena.
Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Kull NGO - hi ta' liema settur hi - u kull Trade Union li tikri b'kera jew ċens mingħand l-Awtorità tal-Artijiet se tkun qed tgawdi minn roħs b’saħħtu fil-ħlas li tħallas.
Qed nagħmlu hekk ghax nemmnu li l-NGOs u t-trade unions tagħna huma l-qalb tħabbat tas-soċjetà Maltija u Għawdxija.
Lands Authority
Forti Bengħajsa- ħarisna fl-imgħoddi. Issa jmiss lilna li nħarsuh ... u li ngawduh!
Heritage Malta | Kunsill Lokali Birżebbuġa
Tajna sinjal b’saħħtu ta' fiduċja lill-Fondazzjoni Inspire bit-trasferiment ta' 5,000 metru kwadru proprjeta' tal-Gvern b'titolu ta' ċens għal 50 sena.
Determinati li nkomplu nagħmlu l-ġid li minnu jgawdi kulħadd, inkluż dawk l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna!
Inspire Malta | Lands Authority
Sit fl-Imqabba devolut lill-Kunsill Lokali 🏡
Sit fi Triq Karmenu Ciantar, li sa issa kien taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Imqabba għal perjodu ta’ ħames snin, bil-għan li dan l-ispazju jiġi żviluppat f’Ċentru Ċiviku.
Dan is-sit, li jkopri aktar minn 84 metru kwadru u li kien jintuża bħala latrina pubblika, issa se jingħata ħajja ġdida biex iservi aħjar lill-komunità.
Dan il-pass huwa frott ħidma li ilha għaddejja għal xhur sħaħ sabiex dan l-ispazju jintuża b’mod aktar effettiv u ta’ ġid għar-residenti.
Il-Kullegg St Edward's ilu mill-1929 jagħti edukazzjoni ta' kwalita' u jibni t-tfal f'adulti responsabbli u li jikkontribwixxu lis-soċjetà.
Id-dar tal-Kulleġġ fil-Birgu hija sit storiku mill-isbaħ. Ġeddidna ċ-ċens fuq dan is-sit għal 65 sena oħra biex mhux biss komplejna nagħtu l-fiduċja tagħna lil din l-istituzzjoni, imma tajnieha għodda b’saħħitha biex tibni futur sabiħ lil tant u tant tfal u żgħażagħ bis-saħħa tal-edukazzjoni.
Il-Prim Ministru Robert Abela u jien ħadna gost immens fost l-edukaturi u l-istudenti tal-Kulleġġ.
Kburin bikom!
Robert Abela | Lands Authority
Click here to claim your Sponsored Listing.
Location
Category
Website
Address
41, Merchant Street
Valletta
