Il-Progressivi

Il-Progressivi

Share

Nibdlu lil Malta flimkien. Ingħaqad mal-moviment għall-progress soċjali u r-restawr tal-ambjent

Changing Malta together.

Join the movement for social progress & nature restoration

linktr.ee/ilprogressivi

16/02/2025

Id-demokrazija taħt attakk! 🚨⚖️ Il-gvern irid jneħħi d-dritt tagħna ċ-ċittadini li nitolbu inkjesti maġisterjali f’każijiet ta’ korruzzjoni. L-Att 125 hu pass lura—inqas trasparenza, inqas responsabbiltà, aktar impunità.

llum ningħaqdu flimkien fis-16:00 biex niddefendu d-drittijiet tagħna! Is-silenzju mhux għażla. Id-demokrazija tmut jekk nibqgħu siekta. ✊

05/02/2025

Malta għandha żżomm mal-wiegħda tagħha li tirrikonoxxi l-Palestina bħala stat, bħalma għamlu Spanja, in-Norveġja u l-Irlanda f’Mejju li għadda. Flimkien ma’ dawn il-pajjiżi, wegħedna li nieħdu dan il-pass kruċjali, iżda Malta ċediet għat-theddid tal-Istati Uniti u tibqa’ l-uniku pajjiż li naqas milli jżomm kelmtu.

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali akkużat lil Benjamin Netanyahu li:

"allegatament (huwa) responsabbli għall-krimini tal-gwerra ta’ ġuħ bħala metodu ta’ gwerra u li intenzjonalment immira attakk fuq il-popolazzjoni ċivili; kif ukoll għall-krimini kontra l-umanità, inkluż il-qtil, il-persekuzzjoni u atti oħra inumani sa mill-inqas mit-8 ta’ Ottubru 2023 sas-20 ta’ Mejju 2024." Minkejja dan, Netanyahu jinsab fuq żjara uffiċjali fl-Istati Uniti, waqt li t-tkeċċija tal-Palestinjani minn Gaza reġgħet fuq l-aġenda.

Gaza tappartjeni lin-nies Palestinjani. Huma biss għandhom jiddeċiedu l-futur tagħhom, ħielsa minn kull interferenza esterna. It-tbatija kontinwa, l-iżgumbrament u l-qerda imposti fuq il-Palestinjani huma inaċċettabbli, u l-komunità internazzjonali għandha taġixxi b’urġenza.

Sa mis-7 ta’ Ottubru 2023, il-Parlament Malti baqa’ sieket fuq il-kwistjoni Palestinjana. Bil-Progressivi fil-Parlament wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss, immedjatament nitolbu dibattitu u nippreżentaw mozzjoni, biex jiġi żgurat li Malta tieħu pożizzjoni favur il-ġustizzja u l-awtodeterminazzjoni tal-Palestinjani.

Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, il-gvern Malti qed jaġixxi b’mod ipokritu – jgħid li jappoġġja d-drittijiet tal-Palestinjani , filwaqt li jattendi l-inawgurazzjoni ta’ Trump u jibqa’ sieket quddiem l-inġustizzja.

Għandna nagħmlu l-ħaġa ġusta u niddikjaraw li l-era tal-ambizzjoni imperjali globali spiċċat, u nikkonfermaw dan flimkien mal-imsieħba tagħna fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Malta għandha tissapportja l-ġustizzja u s-sovranità tal-poplu Palestinjan, u mhux tkun kompliċi fl-oppressjoni tagħhom.

04/02/2025

Malta jixirqilha demokrazija fejn l-ideat jiġu diskussi b’rispett. U biex niksbu dan, il-Progressivi impenjati li nikkumbattu l-kultura politika attwali mmexxija mid-diviżjoni u l-intimidazzjoni.

Malta trid tħares lil hinn mill-politika tribali u tibni soċjetà li tgħożż id-djalogu, r-responsabbiltà, u d-dinjità ta’ kull individwu.

Dak li qed naraw bħalissa għandu jinkwieta lil kull min jemmen fil-prinċipji demokratiċi. Irrispettivament mid-differenzi politiċi jew tal-metodi ta’ Jason Azzopardi, l-attakki sistematiċi kontrih u kontra l-persuna tiegħu huma inaccettabbli.

Il-Prim Ministru uża l-pjattaforma uffiċjali tiegħu biex jattakkah personalment – att li segwa b’mod ikkoordinat minn influencers tal-Partit Laburista.

Dan l-imġieba tmur lil hinn minn sempliċi nuqqas ta’ qbil politiku u taqsam linji ħomor demokratiċi. Dan hu attentat biex persunaa tiġi msikkta u meqruda. Aħna mhux se noqogħdu fuq il-ġenb jistennew.

Nafu fejn twassal din it-triq. Daphne Caruana Galizia kienet ivvilifikata u iżolata qabel ma ġiet assassinata. Il-qtil tagħha, ippjanat minn qabel, jibqa’ tebgħa fuq pajjiżna għal dejjem.

Il-mudell jibqa’ l-istess: tnaqqas il-valur tal-persuna, tiddiskreditaha, u tinbidel f’għadu pubbliku, biex jekk tiġrilha xi ħaġa, tidher ġustifikata.

Gvern li għandu fiduċja fid-demokrazija ma jifgax id-dissens, anzi jħaddan l-iskrutinju. Is-saħħa tinsab fid-djalogu, anke ma' min ikun kritiku. Mhux fl-użu tal-bullying biex jissikktu l-avversarji.

Photos from Il-Progressivi's post 02/02/2025

Wasal iż-żmien għal riforma elettorali immedjata mmirata li taqdi r-realtajiet ta’ Malta tal-lum u ta’ poplu li jrid u jistħoqqlu l-aqwa rappreżentanza fil-Parlament u fil-Gvern.

jemmen bis-sħiħ li riforma elettorali għandha sservi biex issaħħaħ id-demokrazija, ittejjeb ir-rappreżentanza, u tiżgura ġustizzja fil-proċess elettorali. Sfortunatament, il-bidliet proposti mir-rappreżentanti tal-Gvern fil-Kummissjoni Elettorali ma huma xejn għajr attentat sfaċċat ta’ gerrymandering – bidla fid-distretti elettorali għall-benefiċċju tal-partit fil-gvern, minflok biex jiġu indirizzati l-isfidi sistematiċi li jfixxklu sistema tassew demokratika għal Malta.

https://linktr.ee/ilprogressivi

23/01/2025

Partit Malta Progressiva jappoġġja bis-sħiħ il-petizzjoni mnedija minn Momentum kontra l-proposta tal-Prim Ministru biex jemenda l-proċess tal-inkjesti maġisterjali rigward id-dritt taċ-ċittadini li jitolbu investigazzjoni dwar imġiba mhux xierqa minn naħa tal-politiċi. Il-Progressivi jemmnu li, jekk jiġu adottati, il-bidliet proposti jnaqqsu b’mod sinifikanti s-saħħa demokratika taċ-ċittadini u jkomplu jnaqqru mill-kontabbiltà pubblika tal-politiċi

Il-Progressivi jemmnu bis-sħiħ li s-saħħa għandha tibqa’ f’idejn il-Maltin. "Is-saħħa lil Maltin" kienet is-slogan tal-Partit Laburista biss sitt xhur ilu. Issa wasal iż-żmien biex jippruvaw dan billi jwaqqgħu din il-proposta. L-Istat għandu jieqaf milli jnaqqas id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jitolbu għal inkjesti maġisterjali. Diġà hemm salvagwardji legali kontra l-abbuż. F’mument fejn partit wieħed għandu monopolju fuq il-gvern u maġġoranza assoluta fil-Parlament, huwa kruċjali li nsaħħu l-iskrutinju u l-kontabbiltà, mhux innaqqsuhom.

Iffirma hawn: https://parlament.mt/mt/petition?id=254

Photos from Il-Progressivi's post 01/01/2025

Riżoluzzjoni għall-bidla.
Sena ġdida, forza politika ġdida.

24/12/2024
New progressive party will see former MEP, ADPD candidate, PL councillor and PN candidate join its ranks 24/12/2024

Is-saħħa għandha tkun f'idejn in-nies biex ikunu jistgħu jżommu skrutinju fuq il-Gvern u l-poċitiċi. Irridu nsaħħu l-istituzzjonijiet u nintroduċu proċessi li jwasslu biex il-vuċi tal-poplu tkun mismugħa. Dan ifisser li aħna favur it-trasparenza, t-tisħiħ tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bnedmin u qatta' bla ħabel kontra l-korruzzjoni u patti sigrieti magħmula minn taħt.

Jinteressana mid-dinjità tal-ħaddiema u garanzija ta' ħajja ta' kwalità għal kulħadd, mhux għall-ftit.

New progressive party will see former MEP, ADPD candidate, PL councillor and PN candidate join its ranks Partit Malta Progressiva, a political party set to launch next year, will see former MEP, candidates, party executive members and councillors join its ranks including Cyrus Engerer and Silvan Agius

Want your business to be the top-listed Government Service in Valletta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Category

Address


Valletta