22/10/2026
🇲🇹🇪🇺 Malta għadha sal-lum tgawdi mill-frott ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Gvernijiet Nazzjonalisti.
Waħda minn dawn hija s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Grazzi għax il-PN dejjem ħasseb għall-futur ta’ pajjiżna, llum qed naraw lil Malta tkompli tgawdi fost l-oħrajn mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex jgħin lil Malta, il-Portugall, Spanja u l-Italja jirkupraw mill-ħsarat ikkawżati minn maltempati qawwija u għargħar fil-bidu tas-sena.
Dan huwa eżempju konkret ta’ kif mal-PN Malta tkompli tgawdi għat-tul. Is-solidarjetà Ewropea qed tissarraf f’għajnuna għalina.
Deċiżjoni li ttieħdet snin ilu, iżda li l-benefiċċji tagħha għadna ngawduhom sal-lum. 🇲🇹🇪🇺