29/10/2026
🇲🇹 Xjenza Malta laqgħet lill-komunità tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) ta’ Malta għall-ewwel jum tal-R&I Days 2026, fejn ġew ippreżentati aktar minn 50 proġett appoġġjat permezz ta’ programmi ta’ finanzjament nazzjonali.
L-R&I EXPO inkludiet prototipi minn 12-il proġett, filwaqt li l-Konferenza R&I enfasizzat aktar minn 40 proġett li tlestew. Il-ġurnata ntemmet b’ċerimonja ta’ premjazzjoni u riċeviment ta’ networking, fejn ġew iċċelebrati l-kisbiet ta’ Malta fil-qasam tar-riċerka.
Preżenti għall-avveniment kien hemm l-Onor. Clifton Grima, Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, is-Sur Johan Galea, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, is-Sur Silvio Scerri, Kap Eżekuttiv ta’ Xjenza Malta, u s-Sa Sabine Simross, Esperta Anzjana fir-Relazzjonijiet Esterni tal-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC).
🇬🇧 Xjenza Malta hosted Malta’s R&I Community for the first day of R&I Days 2026, showcasing over 50 projects supported through national funding programmes.
The R&I EXPO featured prototypes from 12 projects, while the R&I Conference highlighted over 40 completed projects. The day concluded with an awards ceremony and networking reception, celebrating Malta’s research achievements.
Present at the event were Hon. Clifton Grima, Minister for Justice, Research and Innovation, Mr Johan Galea, Permanent Secretary within the Ministry for Justice, Research and Innovation, Mr Silvio Scerri, Chief Executive Officer of Xjenza Malta, and Ms Sabine Simross, Senior Expert, External Relations, ERC Scientific Council.
Ġustizzja | Clifton Grima | Johan Galea | Silvio Scerri | Omar Cutajar | Sabine Simross | European Research Council