22/10/2026
▪️L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali ta’ Spanja, organizzata mill-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President tkellmet dwar ir-relazzjonijiet mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi, kemm storiċi u diplomatiċi, ibbażati fuq valuri Mediterranji u Ewropej u prinċipji ta’ ugwaljanza u rispett. L-Eċċellenza Tagħha rreferiet ukoll għal diversi setturi li fihom Malta u Spanja jikkollaboraw, fosthom it-turiżmu, in-negozju, it-turiżmu, il-kultura, u r-riċerka u l-innovazzjoni.
F’dan l-isfond, il-President tkellmet dwar l-intenzjoni ta’ pajjiżna li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-kollaborazzjoni f’fora internazzjonali jkomplu jissaħħew.
▪️ Her Excellency Myriam Spiteri Debono, President of Malta, attended the celebration of Spain’s National Day, organised by the Embassy of Spain in Malta.
In her address, the President highlighted the close historical and diplomatic ties between the two countries, founded on shared Mediterranean and European values, as well as the principles of equality and respect. Her Excellency also referred to the various sectors in which Malta and Spain collaborate, including tourism, business, culture, research and innovation.
In this context, the President expressed Malta’s commitment to further strengthening bilateral relations and enhancing cooperation between the two countries within international fora.
📷 Francis Debono