Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division

Directions Website Contact the organisation

Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division The Division provides various cleansing services to Central Government and Local Councils. The main

🎀 CMD Tiċċelebra Pink October! 💗Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni (CMD) organizzat attività b’risq Pink October, ...
31/10/2026

🎀 CMD Tiċċelebra Pink October! 💗

Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni (CMD) organizzat attività b’risq Pink October, bil-għan li tqajjem aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider u tippromwovi l-importanza tas-solidarjetà.

Matul din l-attività nġabru donazzjonijiet li ser jingħataw lill-Marigold Foundation b’appoġġ għall-ħidma siewja tagħha.

💗 Grazzi mill-qalb lil kull min ipparteċipa u kkontribwixxa għal din l-inizjattiva!

Flimkien nagħmlu d-differenza! 🎀

🌿🚜 Tkompli l-ħidma intensiva tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni (CMD)! 🇲🇹Il-ħaddiema tagħna qed ikomplu bil-ħidma...
29/10/2026

🌿🚜 Tkompli l-ħidma intensiva tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni (CMD)! 🇲🇹

Il-ħaddiema tagħna qed ikomplu bil-ħidma tagħhom ta’ kuljum biex jaqtgħu l-ħaxix selvaġġ u jnaddfu diversi żoni f’lokalitajiet madwar pajjiżna. 🌱🧹

💪 B’impenn kontinwu, naħdmu biex inżommu l-ispazji pubbliċi aktar nodfa, siguri u miżmuma għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

👏 Grazzi lill-ħaddiema kollha tagħna għad-dedikazzjoni u l-ħidma bla waqfien tagħhom!

Flimkien għal Malta aktar nadifa u sabiħa! 🇲🇹💚

🧹🌊 Ħidma intensiva fil-Bajja ta’ San Tumas!Il-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni wettqu ħidma intensiva ...
23/10/2026

🧹🌊 Ħidma intensiva fil-Bajja ta’ San Tumas!

Il-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni wettqu ħidma intensiva sabiex jitneħħa ammont kbir ta’ alka li nġemgħet fil-Bajja ta’ San Tumas.

💪 Permezz tad-dedikazzjoni u l-impenn tal-ħaddiema tagħna, qed inkomplu naħdmu biex inżommu l-bajjiet u l-ispazji pubbliċi tagħna nodfa, siguri u aċċessibbli għal kulħadd.

👏 Grazzi kbira lill-ħaddiema kollha għall-ħidma kontinwa tagħhom!

22/10/2026

🚛🧹 Ħidma intensiva ta’ tindif fil-Marsa!Illum, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni wettqu operazzjoni ...
14/10/2026

🚛🧹 Ħidma intensiva ta’ tindif fil-Marsa!

Illum, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni wettqu operazzjoni estensiva ta’ tindif fil-Marsa, fejn neħħew ammont konsiderevoli ta’ skart mormi illegalment f’żona pubblika.

♻️ Matul din l-operazzjoni, inġabru ammont ta' trakkijiet ta’ skart imħallat, b’piż totali ta’ 72.5 tunnellata.

⚠️ Ir-rimi illegali tal-iskart huwa pprojbit mil-liġi. Minbarra li jħammeġ l-ambjent u jkerrah l-inħawi tagħna, dan l-iskart jista’ joħloq riskji serji għas-saħħa pubblika, jattira l-ġrieden u insetti oħra, u jagħmel ħsara lill-ambjent.

👏 Nirringrazzjaw lill-ħaddiema tagħna għall-impenn, id-dedikazzjoni u x-xogħol siewi tagħhom biex iżommu l-ispazji pubbliċi nodfa u siguri.

🌍 L-indafa hija responsabbiltà ta’ kulħadd. Inħeġġu lill-pubbliku biex jiddisponi mill-iskart b’mod responsabbli u jirrapporta kull każ ta’ rimi illegali.

ARA. IRRAPPORTA. WAQQAF.


10/10/2026

💚 Is-CMD fil-Freshers’ Week tal-MCAST 2026! 🎓

Din is-sena wkoll, id-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni (CMD) ħadet sehem fil-Freshers’ Week tal-MCAST, fejn kellna l-opportunità nuru lill-istudenti li fi ħdan id-Diviżjoni jeżistu diversi opportunitajiet ta’ karriera.

⚙️ Mill-inġinerija u l-makkinarju elettriku, sal-IT u l-management, is-CMD toffri opportunitajiet f’oqsma differenti, fejn l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-ħidma f’tim jagħmlu parti mix-xogħol tagħna ta’ kuljum.

👏 Grazzi lil dawk kollha li żaru l-istand tagħna u wrew interess fil-ħidma u l-opportunitajiet li toffri d-Diviżjoni.

💚 CMD – ħafna aktar minn tindif!


09/10/2026
09/10/2026

💚 GRAZZI TAL-ĦIDMA TAGĦKOM! 💚

👏 Id-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni (CMD) organizzat Networking Event għall-ħaddiema kollha tagħha, bħala ringrazzjament għall-impenn, id-dedikazzjoni u l-ħidma siewja tagħhom ta’ kuljum.

🤝 Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm il-Ministru Alison Zerafa Civelli, is-Segretarju Permanenti Emil Vassallo u d-Direttur Ġenerali tas-CMD, is-Sur Jude Zammit, li wasslu messaġġi ta’ ringrazzjament u inkoraġġiment lill-ħaddiema.

💚 Il-ħaddiema tagħna huma l-qalba tas-CMD! Flimkien inkomplu nagħmlu d-differenza!


05/10/2026

Wara kull spazju pubbliku nadif u miżmum tajjeb, hemm tim sħiħ jaħdem minn wara l-kwinti.

F’dan il-filmat qed nagħtu ħarsa lejn il-ħidma ta din id-Diviżjoni, mill-manutenzjoni u s-servicing tal-vetturi u l-magni, sal-ħidma tal-ħaddiema tas-sengħa, l-IT, il-Customer Care u t-timijiet maniġerjali tagħna.

Trid issir taf aktar dwar ix-xogħol u l-opportunitajiet fi ħdan is-CMD?

Żurna fl-istand tagħna waqt l-MCAST Freshers’ Week, mill-5 sas-7 ta’ Ottubru, u skopri kif tista’ tkun parti mit-tim tagħna!

CMD – naħdmu flimkien għal Malta aktar nadifa, organizzata u sostenibbli.

F’żona viċin l-AUM f’Bormla, sar intervent biex tiġi indirizzata sitwazzjoni li kienet ilha teżisti.Permezz ta’ kollabor...
26/08/2026

F’żona viċin l-AUM f’Bormla, sar intervent biex tiġi indirizzata sitwazzjoni li kienet ilha teżisti.

Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet, instabet akkomodazzjoni għal persuna li kienet qed tgħix f’din iż-żona. Wara dan, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni daħlu f’azzjoni u naddfu kompletament il-post, u ġabru żewġ skips mimlija skart.

Il-ħidma tat-tindif kienet waħda estensiva, bil-ħaddiema jieħdu ħsieb li jneħħu l-iskart kollu akkumulat u jħallu ż-żona nadifa u aktar sigura.

Address

Hal-Tarxien Road
Ħal Luqa

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division:

Shortcuts

Share

Nearby government services