L-Imqabba Local Council

Call Directions Website Contact the organisation

L-Imqabba Local Council Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba L-importanza tal-Imqabba tibqa’ murija fil-fdalijiet arkeoloġiċi misjuba fil-viċinanzi tal-Imqabba. A.

L-Imqabba huwa villaġġ żgħir li jinsab fin-nofs in-nhar ta’ Malta u li fih jgħixu madwar 3,300 resident. Għalkemm l-Imqabba huwa villaġġ żgħir ħafna, huwa uniku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ġebla tal-franka li tinsab f'Malta ġejja mir-raħal tal-Imqabba. Għaldaqstant dan il-villaġġ huwa speċjali għax huwa mogħni bl-uniku riżorsi naturali misjuba fuq din il-gżira. Il-maġġoranza tad-djar li hawn Malta huma mibnija bil-ġebla tal-franka li hija l-karatteristika ewlenija Maltija fil-kostruzzjoni tad-djar u bini ieħor. Il-fattur ġeografiku sawwar il-ħajja soċjo-ekonomika tal-villaġġ li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tiegħu li jaħdmu fil-barrieri huma ħaddiema mill-Imqabba u mill-viċinanzi tal-Qrendi, Żurrieq, Siġġiewi, Kirkop, Safi u Luqa. Annimali estinti ġew misjuba fil-barrieri Ta’ Kandja u Tax-Xantin. Is-sejba ta’ għar li jinsab viċin is-sit magħruf bħala Bur Megħeż hija prova li n-nies Neolitiċi kienu hemmhekk. Madankollu waħda mill-iskoperti fl-Imqabba hija dik tal-Katakombi Paleo Kristjani f'tal-Mentna li nstabu fil-Pjazza tal-Ġublew tad-Djamanti fl-1860 mit-Tabib A. Caruana u l-Kaptan Strickland. Fil-fatt dan huwa kumpless ta’ Katakombi. Il-mejda tar-ritwal magħrufa bħala Agape, tiddomina l-istruttura sħiħa tal-oqbra. Dettalji arkeoloġiċi huma studjati mis-Sur Becker, Zammit u minn Bellanti. It-Torri Vinċenti huwa bini importanti fl-Imqabba mibni minn Prijur Orfeo de Vincenzo matul il-preżenza tal-Ordni ta’ San Ġwann f'Malta fl-1726. F’Jannar tal-1997, l-Awtorità ta’ l-Ippjanar skedat din il-proprjetà biex tibqa’ protetta flimkien ma’ diversi bini storiċi importanti, għalkemm din il-proprjetà hija privata. It-tradizzjoni qawwija reliġjuża tar-residenti hija murija fin-numru ta’ kappelli, niċeċ u knejjes fl-Imqabba, l-aktar waħda importanti hija il-Kappella ta’ San Bażilju li toriġina lura mis-seklu sittax. Il-knisja ġiet imkabbra fuq tliet okkażjonijet separati fejn l-aħħar parti kienet tlestiet fl-1515. Il-vittmi tal-pesta ġew midfuna kemm fil-kappella u kif ukoll fuq iz-zuntier. Maġenb il-Kappella ta’ San Bażilju, tinsab kappella oħra li hija ddedikata lil San Mikiel li nbniet fl-1550. Din reġgħet inbniet fl-1669 u l-ġebla skolpita tal-pjazza fil-faċċata fuq il-bieb, hija probabbli fdal tal-kappella oriġinali. l-Kappella tad-Duluri li tinsab fi Triq il-Parroċċa hija partikolari għax hija miżmuma fi stat tajjeb ħafna. Din il-kappella kienet inbniet qabel l-1550 u kienet iddedikata lill-Assunzjoni ta’ Marija. Imbagħad ġiet mibnija fl-1680 u minn dak in-nhar ’il quddiem ġiet iddedikata lill-Madonna tad-Duluri. Fuq iz-zuntier tal-Kappella ta’ San Ġwann ta’ Ħal Millieri kien hemm fonti mhux komuni li kien jintuża fil-magħmudija tat-trabi fiż-żminijiet antiki. Dan issa jinsab fil-Kappella tal-Lunzjata ftit passi bogħod. Il-knisja l-antika ġiet ipprofonata minn Mons Dusina fl-1575 u faċċata tagħha kien hemm knisja oħra ddedikata lil San Mikiel li kienet ipprofonata fl-1667. Wieħed ma jistax iħalli barra l-Kappella ta’ Santa Katerina li tinsab f’post ċentrali fl-Imqabba; faċċata tal-Knisja tal-Parroċċa. Il-knisja ġiet mibnija fl-1761 fil-post fejn kienu jeżistu ż-żewġ knejjes ddedikati lil San Pietru u lil Santa Katerina. Bini ieħor storiku u importanti huwa l-Isptar il-Qadim. Dan kien inbena mill-Kavallieri ta’ San Gwann fis-seklu 18 biex ifejjaq il-vittmi tal-pesta u mard ieħor. Bl-insistenza tal-kunsill, dan il-bini ġie irranġat u qed jiġi użat biex isiru fih diversi wirjiet, u laqgħat. Fis-26 t’Ottubru 1994, il-Kunsill Lokali tal-Imqabba ikkumissjona perit biex jeżamina l-istatwa ta’ San Franġisk u l-pedestall tal-ġebel li jinsab fi Pjazza Ġublew tad-Djamanti, maġenb Triq tas-Sejba. Billi t-triq imsemmija ġiet imwessa’ fis-snin sebgħin, il-pedestall tal-ġebel u l-istatwa ġew maqlugħa u nbnew fil-post preżenti. L-istatwa hija magħmula minn materjal imħallat bis-sengħa msejjaħ Stukko ta’ Gulio Moschetti fl-1899 li tixbaħ lill-mużajk. Il-kunsill temm ir-restawr tal-istatwa flimkien mal-pedestall, permezz tal-iskultur Angelo Agius. Il-villaġġ tal-Imqabba huwa antik u fl-1998 l-Knisja Parrokkjali ċċelebrat l-400 sena minn meta saret Parroċċa. Il-Knisja nnifisha hija mżejna b’mod rikk u l-koppla hija impressjonanti għax dik oriġinali kienet sofriet ħsarat kbar matul it-tieni gwerra dinija, u kellha tittella’ mil-ġdid. Fortunatament il-kampnar ma kien ġarrab l-ebda ħsarat. L-arloġġ kien ġie rranġat mill-mekkaniku Mqabbi Mikielanġ Sapiano li kien jagħmel u jirranġa l-arloġġi tal-knejjes. Għalkemm kienu saru diversi sforzi minn arluġġara oħra, dan ma sewa għalxejn għaliex ħadd ma kien sab tarfu. Hu kien ġie rikonnoxut aktar t**d bħala ġenju mekkaniku. Iż-żewġ każini tal-banda fil-villaġġ jinsabu fil-pjazza. Il-festi tal-villaġġ huma popolari ħafna mar-residenti. Fil-fatt, qed tingħata attenzjoni partikolari minn sena għall-oħra fuq in-nar tal-festi. Dan jiġbed ħafna nies, mhux biss lill-Maltin imma wkoll lit-turisti li jżuru l-gżira matul l-istaġun tas-sajf. L-Imqabba għandha taħlita ta’ tradizzjonijiet qodma u oħrajn ġodda. Din it-taħlita tagħti identità partikolari u unika lil dan il-villaġġ żgħir fin-nofs in-nhar ta’ Malta.

Ingħaqdu magħna għal Buffet Breakfast ġewwa l-Labranda Riviera Resort! ☕🥐Aktar dettalji fil-poster t'hawn taħt 👇🏻
28/10/2026

Ingħaqdu magħna għal Buffet Breakfast ġewwa l-Labranda Riviera Resort! ☕🥐

Aktar dettalji fil-poster t'hawn taħt 👇🏻

Is-Sibt 17 ta' Ottubru 2026  ttella’ kunċert mis-Socjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, bħala parti mis-serata ta’ Ġieħ...
23/10/2026

Is-Sibt 17 ta' Ottubru 2026 ttella’ kunċert mis-Socjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, bħala parti mis-serata ta’ Ġieħ l-Imqabba 2026.

L-Unur ta’ Ġieħ l-Imqabba ngħata wara mewtu lis-Sur Annunziato Mifsud, bħala rikonoxximent tal-ħidma tiegħu fir-raħal tagħna.

Ingħata wkoll l-Unur tal-Mertu lir-Rev. Kan. Prof. Jonathan Farrugia. Ingħataw ukoll tifkiriet lil Jilianne Barbara u Analicia Marie, bħala rikonoxximent tal-mod kif iddistingwew ruħhom matul is-sena. Tifkira oħra ngħatat liż-żewġ għaqdiet tal-armar, dik ta’ Santa Marija u dik tal-Madonna tal-Ġilju, b’rikonoxxiemnt ghad-successi miksuba tul l-ahhar sena.

Minn qalbna nirringrazzjaw lis-Surmast David Agius u lill-Banda Re Ġorġ V, flimkien mas-soprano Mariah Costa, għall-kunċert mill-isbaħ li ppreżentaw.

Grazzi lil kull min ta sehmu biex din is-serata tkun waħda speċjali u biex flimkien apprezzajna s-suċċessi, it-talent, il-ħidma u l-kontribut ta’ persuni u għaqdiet li jagħmlu l-Imqabba dak li hi.

Il-Bierah 21 ta' Ottubru 2026 is-Sindku Grace Marie Zerafa kienet parti minn delegazzjoni Maltija fil-Vatikan fejn kellh...
22/10/2026

Il-Bierah 21 ta' Ottubru 2026 is-Sindku Grace Marie Zerafa kienet parti minn delegazzjoni Maltija fil-Vatikan fejn kellha l-opportunità speċjali li tattendi udjenza mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun XIV.

Din kienet esperjenza tassew unika u memorabbli għas-Sindki u l-Presidenti tar-Reġjuni, flimkien mal-Onorevoli Ministru Alison Zerafa Civelli, l-Onorevoli Bernice Bonello u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava.

Bħala Kunsill Lokali, ninsabu kburin li s-Sindku tagħna rrappreżentat lil Mqabba f’din l-okkażjoni tant sinifikanti, li tirrifletti l-fidi, it-tradizzjonijiet u l-valuri reliġjużi li huma tant għeżież għall-komunità tagħna.

Mument speċjali li żgur jibqa’ mfakkar fl-istorja tal-lokalità tagħna.

Mario Fava
Lianne Cassar
AlisonZerafa Civelli
Emile Vassallo
Local Councils' Association Malta

Flimkien mas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, nistidnuk biex nhar il-Ħadd li ġej, tiġi tagħti d-demm fil-Mob...
22/10/2026

Flimkien mas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, nistidnuk biex nhar il-Ħadd li ġej, tiġi tagħti d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit
Data: Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2026
Post: Pjazza tal-Knisja, Mqabba
Ħin: Mit-8:30am sas-1pm.
Tinsiex –
• il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
• ixrob l-ilma qabel id-donazzjoni tad-demm.
• tilbisx kmiem issikkati.

Grazzi f’isem il-pazjenti bil-quddiem.

🇬🇧This Sunday, together with the National Blood Transfusion Service, we invite you to visit the Mobile Blood Donation Unit and donate blood.
Date: Sunday 25th October 2026
Location: Church Sqaure, Mqabba
Time: 8:30am - 1pm.
Don't forget –
• the identity card, or driving license or Maltese passport.
• drink water before donating blood.
• do not wear tight sleeves.

Thank you in advance on behalf of the patients.

L-Iskola Primarja tal-Imqabba tixtieq tinfurmakom li qed tilqa’ reġistrazzjonijiet ta’ tfal għall-Kindergarten li jagħlq...
21/10/2026

L-Iskola Primarja tal-Imqabba tixtieq tinfurmakom li qed tilqa’ reġistrazzjonijiet ta’ tfal għall-Kindergarten li jagħlqu t-tliet snin sa April 2027.

Il-ġenituri huma mħeġġa jżuru l-iskola sabiex jirreġistraw lil uliedhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola minn Frar 2027.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-15 ta’ Jannar 2027.
________________________________________

The Imqabba Primary School would like to inform parents that registration is now open for children enrolling in Kindergarten who will turn three years old by April 2027.

Parents are encouraged to visit the school to register their children, so that they can start attending school in February 2027.

Applications are open until 15th January 2027.

Il-Gimgħa 16 ta' Ottubru 2026,waqt il-ftuħ uffiċjali tal-wirja “Wirt il-Fratellanzi”, inawgurata mill-President tar-Reġj...
20/10/2026

Il-Gimgħa 16 ta' Ottubru 2026,waqt il-ftuħ uffiċjali tal-wirja “Wirt il-Fratellanzi”, inawgurata mill-President tar-Reġjun Punent, is-Sur Sandro Azzopardi.

Il-wirja,li saret ġewwa l-Isptar il-Qadim, l-Imqabba, itellghet bil-kollaborazzjoni mar-Reġjun Punent.

Reġjun Punent

20/10/2026

🇲🇹 Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tavża li minħabba xogħlijiet fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, illum 20 ta' Ottubru 2026 bejn is-7.00am u 11:30am il-provvista tal-elettriku tista' tkun sospiża f'dawn it-toroq:
TRIQ IL- MITHNA
TRIQ IT- TROLL
TRIQ IL- PAL
TRIQ IX- XRIEK
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
TRIQ SANTA KATARINA
TRIQ IL- KILEB
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ DUN GIACOMO TORTELLA
Għal aktar informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq 8007 2224 jew iżżuru s-sit https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/
____________
🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿 Enemalta Corporation would like to advise that due to network maintenance and upgrade works, the electricity supply may be suspended in the following roads today 20th October 2026 between 7:00a.m. & 11:30am
TRIQ IL- MITHNA
TRIQ IT- TROLL
TRIQ IL- PAL
TRIQ IX- XRIEK
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
TRIQ SANTA KATARINA
TRIQ IL- KILEB
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ DUN GIACOMO TORTELLA
Further information can be obtained by calling 8007 2224 or through the website https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/

Live Power Outage Map Current outages, planned and unplanned, are indicated on the map. Our team is doing its utmost to have your electricity supply restored as soon as possible. If you have no power and your area is not indicated on this map, check your electricity meter display.

📚🇲🇹 Jum l-Imqabba – Inħeġġu l-qari u l-kitba bil-Malti.Bħala parti mill-attivitajiet organizzati b’rabta ma’ Jum l-Imqab...
19/10/2026

📚🇲🇹 Jum l-Imqabba – Inħeġġu l-qari u l-kitba bil-Malti.

Bħala parti mill-attivitajiet organizzati b’rabta ma’ Jum l-Imqabba, is-Sindku Grace Marie Zerafa, flimkien mas-Segretarja tar-Reġjun, is-Sinjura Tania Farrugia, żaru lill-istudenti tal-Iskola Primarja tal-Imqabba.

Matul din iż-żjara, kull tifel u tifla ngħataw ktieb bil-Malti, bl-għan li nkomplu nħeġġu l-qari u l-kitba bil-lingwa tagħna. 🇲🇹❤️

Din l-inizjattiva ttellgħet b’kollaborazzjoni mar-Reġjun Punent, għaliex nemmnu li sa minn età żgħira nrawmu fit-tfal l-imħabba lejn il-qari u l-lingwa Maltija.

🙏 Nixtiequ nirringrazzjaw lill-President tar-Reġjun Punent, is-Sur Sandro Azzopardi, li, minkejja li ma setax ikun magħna minħabba impenji oħra, huwa parti minn din il-kollaborazzjoni.

🙏 Grazzi lill-President tar-Reġjun Punent, is-Sur Sandro Azzopardi, li sfortunatament ma setax jingħaqad magħna minħabba impenji oħra.

Reġjun Punent
Sandro Azzopardi
St Benedict College Mqabba Primary School

Il-Bierah 13 ta' Ottubru 2026 is-Sindku minn ġewwa Dar Malta fi Brussell. 🇲🇹 🇪🇺Reġjun Punent
14/10/2026

Il-Bierah 13 ta' Ottubru 2026 is-Sindku minn ġewwa Dar Malta fi Brussell. 🇲🇹 🇪🇺

Reġjun Punent

☕️🫖 L-ewwel Afternoon Tea ta’ dan l-istaġun! 🍰✨Nibdew l-istaġun b’xi ħaġa tassew ħelwa, atmosfera mill-isbaħ u ftit ħin ...
09/10/2026

☕️🫖 L-ewwel Afternoon Tea ta’ dan l-istaġun! 🍰✨

Nibdew l-istaġun b’xi ħaġa tassew ħelwa, atmosfera mill-isbaħ u ftit ħin biex nirrilassaw u ngawdu l-kumpanija ta’ dawk għal qalbna. ❤️

Address

29, Triq Il-Parrocca
Mqabba
MQB1512

Opening Hours

Monday 08:00 - 16:00
Tuesday 08:00 - 16:00
Wednesday 08:00 - 16:00
Thursday 08:00 - 16:00
Friday 08:00 - 16:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621680622

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when L-Imqabba Local Council posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to L-Imqabba Local Council:

Shortcuts

Share

Nearby government services