Ċentru Laburista Msida
Centru Laburista Imsida -
30/05/2026
Grazzi talli kontu parti minn din il-kampanja 🇲🇹
28/05/2026
Matul dawn l-aħħar tlett ijiem inkluż illum, l-aħħar jum tal-kampanja elettorali, l-istazzjon ONE qed iwassal xandiriet speċjali li, għall-ewwel darba, qed isiru minn barra l-istazzjon.
Dan wara li ONE żamm udjenzi kbar hekk kif bena l-kampanja fuq diversi programmi diretti li jaġġornaw lis-segwaċi numerużi tal-istazzjon.
Illum ix-xandiriet ikomplu b’mod dirett bi programmi speċjali fejn ser jibqa’ jxandar b’mod dirett sal-għeluq tal-kampanja elettorali f’nofsillejl.
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 30 TA’ MEJJU, 2026
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal- Voti, in-Naxxar.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 25, it-Tlieta 26 u l-Erbgħa 27 ta’ Mejju, 2026:
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju, 2026 (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ PERSONALMENT
L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT
GĦAL DAN L-ISKOP
20/05/2026
Click here to claim your Sponsored Listing.
Location
Category
Telephone
Website
Address
Msida
