22/09/2026
Nhar is-Sibt 19 ta' Settembru, il-Konsulat organizza riċeviment fl-okkażjoni tat-62 sena anniversarju tal-Indipendenza fil-bini tal-Kunsill tal-Komunità Maltija ta' Victoria f'Parkville.
Il-mistednin kienu jinkludu lill-Ministru Natalie Suleyman, is-Sur Evan Mulholland, Deputat Kap tal-Oppożizzjoni, is-Sinjura Antonia Camilleri, President tal-MCCV u membri tal-eżekuttiv, membri tal-Korp Konsolari, is-Sur John Murphy, President tal-Order of Malta, is-Sur Mario Farrugia Borg, Direttur tal-Uffiċċju tal-Malta Tourism Authority f'Melbourne, is-Sur Charlie Bezzina, President tal-RSL Sunshine, Father Silvio Bezzina, Provinċjal tal-MSSP, Father Lonnie Borg, Edwin Agius u Tarcisio Micallef MSSP, Sister Doris Falzon u Sister Margaret Formosa, Sorijiet Dumnikani, rappreżentanti ta' diversi Assoċjazzjonijiet Maltin u tal-media, persuni mill-qasam tan-negozju u arti.
Is-Sinjura Camilleri tat merħba lill-mistednin u wara saru diskorsi mill-Konslu Ġenerali, mill-Ministru Suleyman u mill-Onor. Mulholland, u intqalet ukoll talba minn Dun Lonnie Borg, MSSP. Ġie wkoll muri messaġġ speċjali għall-avveniment mill-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tagħha Dr Myriam Spiteri Debono.
Il-Konslu ippreżentat ċertifikati mill-Kummissarju Għoli lis-Sur Mario Sammut OAM u lil Father Tarcisio Micallef MSSP għax-xogħol tagħhom b'riżq il-komunità Maltija. Ritratti: Emmanuel Brincat
On Saturday, 19 September, the Consulate organised a reception to mark the 62nd anniversary of Independence at the premises of the Maltese Community Council of Victoria in Parkville.
The guests included Minister Natalie Suleyman; Mr Evan Mulholland, Deputy Leader of the Opposition; Ms Antonia Camilleri, President of the MCCV, and members of its Executive Committee; members of the Consular Corps; Mr John Murphy, President of the Order of Malta; Mr Mario Farrugia Borg, Director of the Malta Tourism Authority Office in Melbourne; Mr Charlie Bezzina, President of the Sunshine RSL; Fr Silvio Bezzina, Provincial of the MSSP; Fr Lonnie Borg, Edwin Agius and Tarcisio Micallef MSSP; Sr Doris Falzon and Sr Margaret Formosa of the Dominican Sisters; representatives of various Maltese associations and the media; and members of the business and arts communities.
Ms Camilleri welcomed the guests, followed by speeches from the Consul General, Minister Suleyman and the Hon. Mr Mulholland. Fr Lonnie Borg MSSP also led a prayer. A special message for the occasion from the President of Malta, Her Excellency Dr Myriam Spiteri Debono, was also shown.
The Consul General presented certificates from the High Commissioner to Mr Mario Sammut OAM and Fr Tarcisio Micallef MSSP in recognition of their work for the benefit of the Maltese community. Photos credit: Mr Emmanuel Brincat High Commission of Malta in AustraliaAffarijiet Barranin