Kunsill Lokali Birżebbuġa

Call Directions Website Contact the organisation

Kunsill Lokali Birżebbuġa Is-sliem u merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa. Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa.

Din il-paġna hija għodda sabiex tikber il-komunikazzjoni bejn il-Kunsill u l-komunita.

Seduta numru 36 tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa.📋Nhar it-Tlieta 10 ta' Novembru 2026, saret seduta tal-Kunsill Lokali Birż...
13/11/2026

Seduta numru 36 tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa.📋

Nhar it-Tlieta 10 ta' Novembru 2026, saret seduta tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa fejn fiha ġew diskussi diversi punti.

• Preżenti għas-seduta:
Scott Camilleri Bilocca - Sindku
Josette Busuttil - Viċi Sindku
Alexander Caruana Maria Mifsud Ivan Abela Grech Karel Zahra Rohasia Zammit Darren Debono – Kunsilliera
Jordy Brincat - Segretarju Eżekuttiv

• Assenti b’appoloġija:
Johann Borg – Kunsillier

> Fabrika tal-Ħut – Ittra lil Ombudsman:
Il-Kunsill Lokali approva ittra li se tintbagħat l-għada tas-seduta (intbgħatet) lill-Ombudsman sabiex jinvestiga jekk l-ERA, bħala l-awtorità kompetenti, hix qed timmonitorja u tinforza r-regolamenti relatati mal-fabrika tal-ħut skont il-liġi.

> Fabrika tal-Ħut – Petizzjoni:
Il-Kunsill Lokali approva petizzjoni sabiex jinġabru l-firem biex titressaq quddiem il-Parlament Malti. (Din il-petizzjoni diġa bdiet titqassam mill-għada tas-seduta).

> Aġġornament dwar il-ħamiem:
Beda l-proċess biex jinqabad il-ħamiem. S'issa, dan il-proċess miexi tajjeb ħafna u jidher li n-numru ta' ħamiem, speċjalment fl-inħawi tal-knisja, qed jonqos.

> Land Reclamation:
Il-Kunsill Lokali qed iwaqqaf tim ta' professjonisti minn dixxiplini differenti sabiex jipprovdi appoġġ tekniku dwar il-kwistjoni tal-Land Reclamation. Dan it-tim se jkun qed jevalwa proposti u riskji f'isem il-Kunsill.

> Forti Bengħajsa:
Heritage Malta se tkun qed tħejji master plan għall-Forti Bengħajsa. Il-Kunsill Lokali se jkun qed jara li dan il-proċess jinvolvi wkoll lill-għaqdiet ta' Birżebbuġa.

> Triq Żaren Dalli:
Il-Kunsill Lokali beda jaħdem mal-perit sabiex jitħejjew il-pjanti għal din it-triq, bil-għan li tingħata dehra isbaħ permezz ta' sett ta' arbli dekorattivi.

> Blue Bins (Kontenituri għall-ħwejjeġ użati):
Il-blue bins ta' Triq Żaren Dalli ġew imċaqalqa għal Triq il-Gżira, ħdejn l-iBins. Dan sar sabiex ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tal-kameras li diġà hemm fil-post u b'hekk jitnaqqas l-abbuż.

> Triq iż-Żurrieq:
Ix-xogħol għadu għaddej skont il-pjan. Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda t-tqaxxir tal-ewwel parti tat-triq, u wara jsiru l-ewwel saffi tal-asfalt. Il-Kunsill bagħat email lil Infrastructure Malta dwar il-kwistjoni tal-ilma tax-xita (storm water), iżda s'issa għadha ma waslet l-ebda risposta.

> Sqaq fi Triq Birżebbuġa:
Sar rapport lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dwar problema ta' drenaġġ f'dan l-isqaq. Se jintalab ukoll li Enemalta tagħlaq il-parti kkonċernata, filwaqt li jinżamm l-aċċess għar-residenti tal-inħawi li għandhom servizzi jgħaddu minn dan l-isqaq.

> Ġnien f'Dawret il-Qalb Imqaddsa:
Il-Kunsill Lokali se jkun qed jiddiskuti mal-għaqdiet li għandhom il-bini fl-inħawi sabiex l-aċċess għal dan il-ġnien jerġa' jinfetaħ.

> Estimi Finanzjarji 2027:
Il-Kunsill Lokali approva l-estimi finanzjarji għas-sena 2027. Dawn jinkludu l-proġett ta' tisbiħ ta' Triq iż-Żurrieq.

> Laqgħa Annwali (Estimi Finanzjarji 2027):
Il-Kunsill Lokali jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-laqgħa annwali tal-Kunsill Lokali se ssir nhar l-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, fis-7:00pm.

Is-seduta ġiet aġġornata għal l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru 2026, fil-17:00.

Stqarrija mill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa:BIRŻEBBUĠA TITLOB AZZJONI: IL-KUNSILL LOKALI JIBDA JIĠBOR IL-FIREM BIEX IL-...
12/11/2026

Stqarrija mill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa:

BIRŻEBBUĠA TITLOB AZZJONI: IL-KUNSILL LOKALI JIBDA JIĠBOR IL-FIREM BIEX IL-PARLAMENT JINTERVJENI DWAR L-IRWEJJAĦ PERSISTENTI.

Il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa qed iniedi petizzjoni lill-Parlament Malti sabiex tittieħed azzjoni konkreta dwar il-problema tal-irwejjaħ persistenti marbuta mal-ipproċessar tal-ħut fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Qed nappellaw lir-residenti u lil dawk kollha affettwati sabiex jingħaqdu f’din l-inizjattiva u jagħtu l-appoġġ tagħhom billi jiffirmaw il-petizzjoni fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali. Wieħed jista wkoll iniżel il-petizzjoni minn fuq:

https://drive.google.com/drive/folders/1Naf3hwVcBIYMyrkD_JZrdVGAduiRlcbo?usp=sharing

Wasal iż-żmien għal azzjoni, responsabbiltà u soluzzjonijiet konkreti.

Scott Camilleri Bilocca Josette Busuttil Alexander Caruana Johann Borg Maria Mifsud Ivan Abela Grech Karel Zahra Rohasia Zammit Darren Debono Jordy Brincat Kunsill Lokali Birżebbuġa

Start Date/Time: 12/11/2026 at 08:15 End Date/Time: 12/11/2026 at 13:00Streets effected MISRAH HAMILKAR BARKATRIQ IL- PR...
12/11/2026

Start Date/Time: 12/11/2026 at 08:15
End Date/Time: 12/11/2026 at 13:00

Streets effected

MISRAH HAMILKAR BARKA
TRIQ IL- PROGRESS
TRIQ SAN FILIPPU
TRIQ TAL- GURGIER
TRIQ IS- SEBH
TRIQ SAN PATRIZJU
TRIQ ALESSANDRU
TRIQ SWOR GRACE THEUMA
TRIQ IS- SEBH

10/11/2026

Rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa se jkunu qed jiltaqgħu mar-residenti għada, l-Erbgħa, 11 ta’ Novembru 2026, fis-6:00pm, fil-Ġnien il-Kunsill, fiż-żona tal-Papa.

🚨 Azzjoni fi Triq Ħal Far għal aktar sigurtà fit-toroqWara diversi rapporti li ressaq il-Kunsill Lokali lill-awtoritajie...
06/11/2026

🚨 Azzjoni fi Triq Ħal Far għal aktar sigurtà fit-toroq

Wara diversi rapporti li ressaq il-Kunsill Lokali lill-awtoritajiet dwar vetturi pparkjati b’mod abbużiv u perikoluż fi Triq Ħal Far, ittieħdet azzjoni konkreta biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.

Nirringrazzjaw lill-Ministru Glen Bedingfield li ta d-direzzjoni meħtieġa sabiex l-uffiċjali tal-LESA, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u tal-Komunità, iwettqu ħidma konġunta biex jiġi evitat parkeġġ abbużiv u perikoluż f’din it-triq.

Din il-ħidma hija importanti biex titħares is-sigurtà tas-sewwieqa, tal-persuni mexjin u ta’ kull min juża din it-triq.

Flimkien inkomplu naħdmu għal toroq aktar siguri għal kulħadd.

Kunsill Lokali Birżebbuġa l Glenn Bedingfield

04/11/2026
ROUTE 82B BIRZEBBUGIA DIVERSION Date: From Tuesday 3rd November 2026 till Tuesday 26th January 2027. Time daily: All day...
03/11/2026

ROUTE 82B BIRZEBBUGIA DIVERSION

Date: From Tuesday 3rd November 2026 till Tuesday 26th January 2027.
Time daily: All day.

Road Closure: Triq Iz-Zurrieq (Diversion done to serve the part of TAL PAPA not served by route 82A due to the closure in TRIQ IZ-ZURRIEQ).

Diversion: Route buses on TRIQ BIRZEBBUGA will need to divert along TRIQ TAL-GEBEL and resume the normal route to TAL-PAPA.

02/11/2026

🎥 Tifkiriet mill-Imgħoddi – Jum Birżebbuġa 2026 🇲🇹

Fl-okkażjoni ta’ Jum Birżebbuġa 2026, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa ppreżenta dan il-filmat li fih Annunziata Sacco taqsam magħna tifkiriet prezzjużi mill-imgħoddi.

Permezz tar-rakkont tagħha, nieħdu ħarsa lejn il-ħajja ta’ dari f’Birżebbuġa, it-tradizzjonijiet u l-memorji li jagħmlu parti mill-istorja u l-identità tal-lokalità tagħna.

Għax l-istorja ta’ Birżebbuġa tibqa’ ħajja permezz tat-tifkiriet ta’ dawk li għexuha.

Dalgħodu, bħala parti mill-inizjattiva World Cleanup Day, is-Sindku Scott Camilleri Bilocca - Sindku Birżebbuġa, flimkie...
31/10/2026

Dalgħodu, bħala parti mill-inizjattiva World Cleanup Day, is-Sindku Scott Camilleri Bilocca - Sindku Birżebbuġa, flimkien mal-Kunsillier Karel Zahra, ħadu sehem f’ħidma ta’ tindif f’parti mill-promenade ta’ Għar Ħasan.

Permezz ta’ fondi miksuba mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, il-Kunsill se jkun qed jinvesti fl-installazzjoni ta’ kameras tas-sigurtà sabiex jiġu skoraġġuti u miġġielda abbużi ambjentali bħal dawn.

L-indafa u l-ħarsien tal-ambjent huma responsabbiltà ta’ kulħadd. Se nkomplu naħdmu biex inżommu lil Birżebbuġa aktar nadifa, sigura u sabiħa għall-ġid tar-residenti kollha. 🌿

Il-Kunsill Lokali Birżebbuġa jrid ifakkar li għada hemm il-Cleanup f'Għar Ħasan fis-7.00am.Narawkom
30/10/2026

Il-Kunsill Lokali Birżebbuġa jrid ifakkar li għada hemm il-Cleanup f'Għar Ħasan fis-7.00am.

Narawkom

Address

Triq Santa Marija
Birzebbuga
BBG1651

Opening Hours

Monday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Tuesday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Wednesday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Thursday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Friday 08:00 - 12:00
12:45 - 14:00
Saturday 08:00 - 11:00

Telephone

+35621650165

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kunsill Lokali Birżebbuġa posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Kunsill Lokali Birżebbuġa:

Shortcuts

Share

Nearby government services