Malta Communications Authority - MCA

Call Directions Website Contact the organisation

Malta Communications Authority - MCA The MCA is the national regulatory authority of the communications sector in Malta.

The Malta Communications Authority was set up to regulate communications services, which include, fixed and mobile telephony, Internet and TV distribution services. It also regulates the postal sector and eCommerce services and Malta’s radio spectrum resources. This year, the Authority’s mandate has been further extended to include responsibility for developing Malta’s ICT potential through innovation. We also implement initiatives aimed at ensuring that every business and individual has the competences to beneficially use ICT and engage in online activities. On the consumer front, we implement programmes to ensure that consumers are well informed about their rights and about the various offers available to them.

04/11/2026

🎙️ F’25 sena, ħafna affarijiet jinbidlu u x-xenarju tal-komunikazzjoni f’Malta mhuwiex eċċezzjoni.

Agħti ħarsa lura lejn kif bdiet il-mixja tal-MCA u kif evolva s-settur matul is-snin.

🎧 Ara l-ewwel episodju tal-podcast tagħna biex tiskopri l-istorja tal-MCA.

🎙️ A lot can change in 25 years, and Malta’s communications landscape is no exception.

Take a look back at how the MCA's journey began and how the sector has evolved over the years.

🎧 Watch the first episode of our podcast to discover the MCA's story.

X’juru r-riżultati tal-aħħar rapport tal-MCA dwar l-ilmenti tal-konsumaturi? 🤔🕒 Illum fin-12:30pm📺 Fuq Living TVYanika B...
04/11/2026

X’juru r-riżultati tal-aħħar rapport tal-MCA dwar l-ilmenti tal-konsumaturi? 🤔

🕒 Illum fin-12:30pm
📺 Fuq Living TV

Yanika Bugeja, rappreżentanta tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), se titkellem dwar l-aħħar rapport ippubblikat mill-Awtorità fuq l-ilmenti u t-talbiet għal informazzjoni relatati mas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-posta matul l-ewwel sitt xhur tal-2026.

Inħeġġuk issegwi din l-intevista b'mod dirett fuq it-TV tiegħek biex tiskopri kif l-MCA assistiet lil dawn il-konsumaturi.

🔐 Iċ-ċibersigurtà u r-regolamentazzjoni: skopri fejn jistgħu jiltaqgħu l-ħiliet tiegħek!Qed infittxu Cybersecurity Certi...
03/11/2026

🔐 Iċ-ċibersigurtà u r-regolamentazzjoni: skopri fejn jistgħu jiltaqgħu l-ħiliet tiegħek!

Qed infittxu Cybersecurity Certification Operations Specialist biex jappoġġja l-koordinazzjoni tal-proċessi taċ-ċertifikazzjoni, il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni u r-rekords, kif ukoll attivitajiet regolatorji oħra relatati.

Iċ-ċibersigurtà mhijiex biss kwistjoni teknika. Fl-MCA, tista’ tkun parti mill-ħidma regolatorja u mill-proċessi marbuta maċ-ċertifikazzjoni, f’qasam speċjalizzat li jinkludi proċessi relatati mal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u ċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-5G.

L-organizzazzjoni, il-preċiżjoni u l-ħiliet analitiċi huma importanti f’dan ir-rwol. Jekk għandek dawn il-ħiliet, agħti ħarsa lejn din l-opportunità!

📅 Applika sa nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru 2026.

🔗 Għal aktar dettalji dwar ir-rwol u biex tapplika, agħfas il-link fil-kummenti.

🔐 Cybersecurity meets regulation: discover where your skills could fit in!

We're looking for a Cybersecurity Certification Operations Specialist to support the coordination of certification processes, documentation and records management, as well as other related regulatory activities.

Cybersecurity isn't just about technology. At the MCA, you can be part of the regulatory work and processes behind certification, including those relating to the European Digital Identity Wallet and 5G cybersecurity certification.

Organisation, accuracy and analytical skills are important in this role. If you have these skills, take a closer look at this opportunity!

📅 Apply by Friday, 13 November 2026.

🔗 Click on the link in the comments to find out more about the role and how to apply.

🎙️ Wasal l-ewwel episodju tas-serje tal-podcast MCA@25!Kemm inbidlet Malta f’dawn l-aħħar 25 sena?Meta ġiet stabbilita l...
02/11/2026

🎙️ Wasal l-ewwel episodju tas-serje tal-podcast MCA@25!

Kemm inbidlet Malta f’dawn l-aħħar 25 sena?

Meta ġiet stabbilita l-MCA fl-2001, id-dial-up internet kien għadu n-norma, l-ismartphones ma kinux mifruxa, u l-internet kien għadu ma sarx parti mill-ħajja ta’ kuljum kif nafuh illum.

Illum, is-servizzi diġitali saru parti integrali minn kważi kull aspett ta’ ħajjitna.

Fl-ewwel episodju tas-serje MCA@25, nagħtu ħarsa lejn l-evoluzzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni f’Malta, kif ir-regolamentazzjoni għenet biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni u jiġu protetti l-konsumaturi, u x’jista’ jġib miegħu l-futur tal-konnettività u l-innovazzjoni diġitali.

🎧 Ingħaqad magħna f’dan il-vjaġġ tul l-aħħar 25 sena. Agħfas fuq il-link biex tara jew tisma’ l-episodju sħiħ!

🎙️ The wait is over! The first episode of the MCA@25 podcast series is here!

How much has Malta changed in 25 years?

When the MCA was established in 2001, dial-up internet was still the norm, smartphones were far from mainstream, and the internet had yet to become the everyday essential we know today.

Fast forward 25 years, and digital services are woven into almost every aspect of our lives.

In the first episode of MCA@25, we take a look back at the evolution of Malta’s communications sector, explore how regulation has helped foster competition and protect consumers, and consider what lies ahead for connectivity and digital innovation.

🎧 Join us on this journey through 25 years of change. Click the link to watch or listen to the full episode!

How much has Malta changed in 25 years?When the MCA was establish...

📡 X’hemm wara n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni li nużaw kuljum?Qed infittxu Technical Officer biex jingħaqad m...
02/11/2026

📡 X’hemm wara n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni li nużaw kuljum?

Qed infittxu Technical Officer biex jingħaqad mas-Spectrum Management and Technology Unit u jassisti f’attivitajiet relatati mal-monitoraġġ tal-ispettru tar-radju u tal-kampijiet elettromanjetiċi, il-valutazzjoni tal-kwalità tas-servizz, il-ġbir ta’ data u r-riċerka.

Fl-MCA, l-għarfien tekniku għandu rwol importanti biex nifhmu aħjar is-servizzi tal-komunikazzjoni u nappoġġjaw il-ħidma regolatorja tal-Awtorità.

Dan ir-rwol joffrilek l-opportunità li tkun involut f’ħidma varjata, tesplora aspetti differenti tas-settur u tkompli ssaħħaħ il-ħiliet tiegħek bl-appoġġ ta’ kollegi b’esperjenza.

Qed tfittex rwol li jgħaqqad l-analiżi teknika mal-ħidma prattika? Skopri aktar dwar din l-opportunità fl-MCA!

📅 Applika sa nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru 2026.

🔗 Għal aktar dettalji dwar ir-rwol ta’ Technical Officer u biex tapplika, agħfas il-link fil-kummenti.

📡 Ever wondered what goes into the communications networks and services we use every day?

We're looking for a Technical Officer to join the Spectrum Management and Technology Unit and assist with activities involving radio spectrum and electromagnetic field monitoring, quality-of-service assessments, data collection and research.

At the MCA, technical knowledge helps us better understand communications services and supports the Authority's regulatory work. For those who enjoy variety, this role offers exposure to different areas of the sector, with guidance from experienced colleagues.

Looking for a role that combines technical analysis with hands-on work? Discover more about this opportunity at the MCA!

📅 Apply by Friday, 13 November 2026.

🔗 Click on the link in the comments to find out more about the Technical Officer vacancy and how to apply.

📡 Tinteressak it-teknoloġija? F’qasam li dejjem qed jevolvi, int ukoll tista’ tkompli tikber professjonalment!Fl-MCA nem...
30/10/2026

📡 Tinteressak it-teknoloġija? F’qasam li dejjem qed jevolvi, int ukoll tista’ tkompli tikber professjonalment!

Fl-MCA nemmnu li t-tagħlim ma jieqafx mal-kwalifiki. Noffru taħriġ u opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali, f’ambjent kollaborattiv fejn tista’ titgħallem mill-esperjenza tal-kollegi u tkompli ssaħħaħ il-ħiliet tiegħek.

It-tim tagħna qed jikber u qed infittxu Technical Specialist biex jikkontribwixxi għal proġetti relatati man-netwerks, l-ispettru, il-konnettività u l-kwalità tas-servizz.

Jekk tixtieq tapplika l-għarfien tiegħek fil-prattika, tesplora sfidi ġodda u tkompli tiżviluppa professjonalment, din tista’ tkun l-opportunità għalik!

📅 Applika sa nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru 2026.
🔗 Għal aktar dettalji dwar dan ir-rwol u biex tapplika, agħfas il-link li tinsab fil-kummenti.

📡 Interested in technology? In a constantly evolving field, there's always room for you to grow professionally too!

At the MCA, we believe that learning goes beyond qualifications. We offer training and professional development opportunities in a collaborative environment where you can learn from experienced colleagues and continue building your skills.

Our team is growing, and we’re looking for a Technical Specialist to contribute to projects involving networks, spectrum, connectivity and quality of service.

If you are looking to put your knowledge into practice and explore new challenges, this could be the opportunity for you!

📅 Apply by Friday, 6 November 2026.
🔗 Click on the link in the comments to view the Technical Specialist vacancy and apply.

🔐 Lest biex tħares lejn iċ-ċibersigurtà minn perspettiva differenti?Fl-MCA, tista’ tapplika l-għarfien tiegħek għal sfid...
29/10/2026

🔐 Lest biex tħares lejn iċ-ċibersigurtà minn perspettiva differenti?

Fl-MCA, tista’ tapplika l-għarfien tiegħek għal sfidi li jolqtu s-sigurtà u r-reżiljenza tas-servizzi u l-infrastruttura diġitali. Hija ħidma li tlaqqa’ flimkien esperjenza teknika, analiżi u kollaborazzjoni ma’ professjonisti f’oqsma differenti.

Qed infittxu Senior Cybersecurity Specialist biex jikkontribwixxi għas-superviżjoni taċ-ċibersigurtà, il-valutazzjoni tar-riskji u r-reżiljenza, fil-kuntest tar-responsabbiltajiet regolatorji tal-Awtorità.

Tixtieq tagħmel użu mill-esperjenza tiegħek fiċ-ċibersigurtà f’ambjent li joffri sfidi u opportunitajiet ġodda? Din tista’ tkun l-opportunità għalik!

📅 Applika sa nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru 2026.
🔗 Ikseb aktar dettalji dwar ir-rwol ta’ Senior Cybersecurity Specialist billi tagħfas il-link li hemm fil-kummenti.

🔐 Ready to see cybersecurity from a different perspective?

At the MCA, you can apply your knowledge to challenges affecting the security and resilience of digital services and infrastructure. It’s work that brings together technical expertise, analysis and collaboration with professionals across different fields.

We’re looking for a Senior Cybersecurity Specialist to contribute to cybersecurity supervision, risk assessment and resilience under the Authority’s regulatory responsibilities.

Are you looking to put your cybersecurity experience to work in an environment that offers new challenges and opportunities? This could be the opportunity for you!

📅 Apply by Friday, 6 November 2026.
🔗 Find out more through the link in the comments to discover the Senior Cybersecurity Specialist opportunity.

💡 L-esperjenza teknika tiegħek tista’ twasslek għal opportunitajiet lil hinn minn MaltaWieħed mill-aspetti interessanti ...
28/10/2026

💡 L-esperjenza teknika tiegħek tista’ twasslek għal opportunitajiet lil hinn minn Malta

Wieħed mill-aspetti interessanti tal-ħidma fl-MCA huwa l-kuntatt ma’ esperti u professjonisti oħra, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll Ewropew u internazzjonali. L-Awtorità tinvesti wkoll f’taħriġ speċjalizzat u f’opportunitajiet ta’ tagħlim u kollaborazzjoni ma’ regolaturi oħra.

Qed infittxu Technical Expert biex jikkontribwixxi għal deċiżjonijiet tekniċi u regolatorji dwar il-konnettività, l-ispettru u l-kwalità tas-servizz. Ir-rwol jinkludi wkoll ir-rappreżentanza tal-Awtorità f’fora speċjalizzati.

Analizza sfidi tekniċi u kumplessi filwaqt li tapplika l-għarfien tiegħek f’kuntest regolatorju.

📅 Applika sa nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru 2026.
🔗 Sir af aktar dwar ir-rwol ta’ Technical Expert billi tagħfas il-link li tinsab fil-kummenti.

💡 Your technical expertise could open doors beyond Malta

One of the rewarding aspects of working at the MCA is the opportunity to engage with experts and professionals at national, European and international level. The Authority also invests in specialised training and opportunities to learn from and collaborate with other regulators.

We’re looking for a Technical Expert to contribute to technical and regulatory decisions on connectivity, spectrum and quality of service. The role also includes representing the Authority in specialist fora.

Analyse complex technical challenges while applying your knowledge in a regulatory context.

📅 Apply by Friday, 6 November 2026.
🔗 Click on the link in the comments section to find out more about the Technical Expert vacancy.

🎃 👻 Ħlewwa biss, bla Dnewwa! 🍪Jekk ma nsibux skuża għal xi ħaġa tajba u ħelwa ma nkunux aħna! U b’Halloween ftit jiem bi...
28/10/2026

🎃 👻 Ħlewwa biss, bla Dnewwa! 🍪

Jekk ma nsibux skuża għal xi ħaġa tajba u ħelwa ma nkunux aħna! U b’Halloween ftit jiem biss ’il bogħod, ma stajniex inħallu din l-opportunità taħarbilna! 😉

Veru li kważi ma jkollokx qalb tikolhom, imma xi kultant ġest żgħir u sempliċi jkun biżżejjed biex inissel tbissima u jgħin biex il-ġurnata tax-xogħol tibda fuq nota ħelwa! 😊

🎃 👻 All Treats, No Tricks! 🍪

If there's an excuse for something sweet, you can count on us to find it! And with Halloween just around the corner, we couldn't possibly let this opportunity pass us by! 😉

They're almost too cute to eat, but sometimes a small and simple gesture is all it takes to bring a smile to someone's face and start the working day on a sweet note! 😊

🌱 Konnessi għal futur aktar sostenibbli!Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Sostenibbiltà, nagħrfu kif is-servizzi tat-teleko...
28/10/2026

🌱 Konnessi għal futur aktar sostenibbli!

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Sostenibbiltà, nagħrfu kif is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tal-posta u dawk diġitali jistgħu jikkontribwixxu għal soċjetà aktar effiċjenti, innovattiva u sostenibbli.

📡 Minn soluzzjonijiet diġitali li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u jtejbu l-effiċjenza, sa prattiki aktar responsabbli fis-settur postali, l-innovazzjoni tista’ tgħinna nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi tagħna.

💚 L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni temmen f’futur fejn il-konnettività u s-sostenibbiltà jimxu id f’id.

🌱 Connected for a more sustainable future!

On World Sustainability Day, we recognise how telecommunications, postal and digital services can contribute to a more efficient, innovative and sustainable society.

📡 From digital solutions that facilitate communication and improve efficiency to more responsible practices within the postal sector, innovation can help us make better use of our resources.

💚 The Malta Communications Authority believes in building a future where connectivity and sustainability go hand in hand.

Address

Valletta Waterfront, Pinto Wharf
Floriana
FRN1913

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Malta Communications Authority - MCA posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Malta Communications Authority - MCA:

Shortcuts

Share

Nearby government services