11/11/2026
ĠEMMA: EP 21 - Nifhmu l-Assigurazzjoni u l-Importanza tal-Protezzjoni
L-assigurazzjoni għandha rwol importanti fil-ħajja tagħna, iżda kemm nifhmu tassew il-protezzjoni li toffrilna u x’għandna nikkunsidraw meta nagħżlu polza?
Flimkien ma' Mark Bezzina, dan l-episodju jesplora diversi tipi ta’ assigurazzjoni, fosthom l-assigurazzjoni tal-karozza, tad-dar, tal-ivvjaġġar u tal-ħajja fost l-ohrajn. Ġew diskussi l-importanza ta’ kull tip ta’ kopertura, id-differenzi bejn il-poloz, x’għandna noqogħdu attenti għalih meta nagħżlu assigurazzjoni, u kif nistgħu niżguraw li l-protezzjoni tagħna tkun adattata għall-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi personali tagħna.
Id-diskussjoni tenfasizza kif l-assigurazzjoni mhijiex sempliċiment spiża, iżda għodda importanti għall-protezzjoni finanzjarja tagħna u tal-familji tagħna kontra avvenimenti mhux mistennija.