08/10/2026
Ftit statistika mil-Librerija Pubblika ta' Pembroke 📈
Tul l-ewwel disa' xhur tas-sena ġew mislufa 6,376 ktieb ikkumparat ma' 5,856 fl-istess perjodu tas-sena l-oħra. Bħala medja, ħarġu 708 kotba kull xahar 📚
Dan jawgura tajjeb li għall-ħames sena konsekuttiva se nkunu qegħdin inżidu fis-self mil-Librerija Pubblika ta' Pembroke ❤
Kuntent ħafna b'dawn in-numri, u fuq kollox kuntent li hawn daqstant nies li jieħdu gost jiġu jissellfu, jitkellmu dwar il-kotba u li jħossuhom komdi fil-librerija 😍
Xorta mhux biżżejjed! Bejn Pembroke u Swieqi biss hawn madwar 18,000 persuna tgħix u f'din il-librerija hawn 'il fuq minn 7,000 ktieb. Ejjew ejjew u ejjew. Xerrdu l-kelma u ħeġġu lin-nies jiġu jissellfu mil-Librerija Pubblika ta' Pembroke 😇
English translation in the comments below.