Inklużjoni

Directions Website Contact the organisation

Inklużjoni page for the Ministry for Inclusion and the Voluntary Sector

30/10/2026

L-EU Disability Card hi wiehed mill-kriterji biex persuna tieħu sa €1,000 rifużjoni fuq terapiji tat-tfal u żgħażagħ b’diżabbilta’. Il-Kummissarju tas-CRPD Rhoda Gharland tilqa’ b’mod posittiv dak li tħabbar fil-baġit fejn issa se nersqu lejn il-pass li t-terapiji jkunu b’xejn. Tista’ tirreġistra għall-EU Disability Card fuq: https://www.eudisabilitycard.org.mt/

30/10/2026

Se nitlob l-għajnuna tagħkom f'mument delikat.

Jekk rajt lil dan il-ġuvni b'diżabbiltà kellimna jew lill-Pulizija anke b'mod anonimu.

Jismu Malik u l-aħħar li deher kien dalgħodu f'Baħar iċ-Ċagħaq. Kien liebes qalziet iswed, flokk kannella u ġakketta griża.

Pulizija Naxxar: 2294 3525.

29/10/2026

L-istorja ta' Guilherme u ta' tfal oħra b'diżabbiltà u mard rari hi l-istorja li trid tibqa' tkun il-kumpass soċjali tagħna. Dan il-baġit se jkompli jistinka għalihom u għall-ġenituri ta' tfal b’diżabbiltà.

Guilherme’s Journey of Hope II

28/10/2026

Nilqgħu l-kummenti posittivi tal-Down Syndrome Association Malta dwar il-miżuri tal-inklużjoni fil-baġit.

Inklużjoni

28/10/2026

Nilqa' b'sodisfazzjoni l-kummenti tal-imsieħba soċjali b'rabta mat-terapiji b'xejn għal tfal b'diżabbiltà taħt it-18-il sena. Karen Buttigieg minn National Parents Society of Persons with Disability titkellem dwar kif din il-miżura se tgħin ittaffi l-piż finanzjarju ta' dawn il-familji.

Julia Farrugia

Ħarsa ħafifa lejn dak li tħabbar fil-baġit b'rabta mal-inklużjoni:✅ Terapiji b'xejn għal tfal b'diżabbilta' taħt it-18-i...
26/10/2026

Ħarsa ħafifa lejn dak li tħabbar fil-baġit b'rabta mal-inklużjoni:

✅ Terapiji b'xejn għal tfal b'diżabbilta' taħt it-18-il sena.

✅ €7,500 fis-sena fil-Carers Grant għall-ġenituri li ma jistgħux jaħdmu minħabba d-diżabilità severa ta’ wliedhom. Pass ieħor lejn l-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali netta.

✅ Dawk il-ġenituri li ma jaħdmux iżjed minn 20 siegħa part-time fil-ġimgħa xorta se jibbenefikaw mill-Carers Grant, iżda bir-rata preżenti ta' nofs il-paga minima nazzjonali netta.

✅ €9,800 fis-sena permezz tal-Carer at Home, żieda ta’ €800 għall-anzjani li jimpjegaw carer full-time.

✅ Żidiet fil-Paga Minima Nazzjonali u l-COLA se jwasslu għal benefiċċji ogħla għal madwar 15,000 persuna b’diżabilità, carers u benefiċjarji tal-assistenza soċjali: €9.37 fil-ġimgħa aktar fl-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u €6.41 aktar fl-assistenzi l-oħra għad-diżabilità, il-vista batuta, il-Benefiċċju għal Diżabilità, iż-żewġ Allowances għal Carers u l-Assistenza Soċjali.

✅ Mill-2027, persuni b’diżabilità b’pensjoni kontributorja li qabel kienu jirċievu benefiċċju għad-diżabilità jew pensjoni għall-korriment fuq ix-xogħol se jirċievu 20% minflok 10% tal-benefiċċju preċedenti, bil-għan li dan jilħaq 50% fis-snin li ġejjin.

🇲🇹 Għalina l-inklużjoni mhijiex biss kelma, iżda impenn li nsarrfu f’miżuri konkreti li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.

26/10/2026

L-ispejjeż marbuta ma’ terapiji meħtieġa għal tfal b’diżabilità se jagħmel tajjeb għalihom il-Gvern.

🌐 budget.gov.mt

26/10/2026

Żieda fl-għajnuna għall-ġenituri li ma jistgħux jaħdmu biex jieħdu ħsieb lil uliedhom b’diżabilità severa.

Il-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità severa li jaħdmu sa 20 siegħa part-time fil-ġimgħa se jgawdu bir-rata preżenti ta’ nofs il-Paga Minima Nazzjonali.

🌐 budget.gov.mt

Kemm ħadna gost fil-Park ta’ San Klement flimkien mal-familji u l-voluntiera li ħadu sehem.Malta Council for the Volunta...
25/10/2026

Kemm ħadna gost fil-Park ta’ San Klement flimkien mal-familji u l-voluntiera li ħadu sehem.

Malta Council for the Voluntary Sector

Address

89, Palazzo Francesco, Triq Sir Ugo Mifsud
Lija

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Inklużjoni posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Inklużjoni:

Shortcuts

Share

Nearby government services