Bormla Local Council

Call Directions Website Contact the organisation

Bormla Local Council Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Bormla Local Council, Government Organization, Il-Kappara.

Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali Bormla, spazju fejn inżommukom aġġornati b’aħbarijiet, attivitajiet, avviżi u inizjattivi relatati mal-lokalità tagħna.

🕯️ 𝐈𝐭-𝟐 𝐭𝐚’ 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮 | 𝐋-𝐆ħ𝐢𝐝 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħIt-2 ta’ Novembru huwa jum ta’ tifkira u talb għall-għeżież tagħna li ħallew din...
02/11/2026

🕯️ 𝐈𝐭-𝟐 𝐭𝐚’ 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮 | 𝐋-𝐆ħ𝐢𝐝 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħ

It-2 ta’ Novembru huwa jum ta’ tifkira u talb għall-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja. F’Malta, dan il-jum huwa magħruf ukoll bħala 𝐥-𝐆ħ𝐢𝐝 𝐭𝐚𝐥-𝐈𝐦𝐰𝐢𝐞𝐭, filwaqt li Novembru tradizzjonalment jissejjaħ 𝐢𝐱-𝐱𝐚𝐡𝐚𝐫 𝐭𝐚𝐥-𝐦𝐞𝐣𝐭𝐢𝐧

𝐊𝐨𝐧𝐭 𝐭𝐚𝐟 𝐥𝐢 𝐦𝐚’ 𝐝𝐢𝐧 𝐢𝐥-ġ𝐮𝐫𝐧𝐚𝐭𝐚 𝐤𝐢𝐞𝐧𝐮 𝐦𝐚𝐫𝐛𝐮𝐭𝐚 𝐝𝐢𝐯𝐞𝐫𝐬𝐢 𝐝𝐫𝐚𝐰𝐰𝐢𝐞𝐭 𝐌𝐚𝐥𝐭𝐢𝐧?

⛪ 𝐈𝐭-𝐓𝐥𝐢𝐞𝐭 𝐐𝐮𝐝𝐝𝐢𝐞𝐬𝐢𝐞𝐭: Fl-1915, il-Papa Benedittu XV ta lis-saċerdoti l-permess li jiċċelebraw tliet quddisiet f’Jum l-Erwieħ.

🌸 𝐈ż-ż𝐣𝐚𝐫𝐚 𝐟𝐢ċ-ċ𝐢𝐦𝐢𝐭𝐞𝐫𝐣𝐢: Drawwa li għadha ħajja sal-lum, fejn in-nies iżuru l-oqbra tal-għeżież tagħhom u jżejnuhom bil-fjuri.

🍬 𝐋-𝐆ħ𝐚𝐝𝐚𝐦 𝐭𝐚𝐥-𝐌𝐞𝐣𝐭𝐢𝐧: Ħelu tradizzjonali Malti li huwa marbut ma’ dan iż-żmien tas-sena.

🐖 𝐈𝐥-Ħ𝐚𝐧ż𝐢𝐫𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħ: Fl-imgħoddi, ħanżira żgħira kienet titħalla ddur fit-toroq b’qanpiena ma’ għonqha. In-nies tal-viċinat kienu jitimgħuha, u l-laħam tagħha kien jitqassam fost il-fqar.

🍲 𝐈𝐥-𝐌𝐢𝐧𝐞𝐬𝐭𝐫𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħ: Tradizzjoni li kienet tinvolvi l-ġbir tal-ħaxix mingħand in-nies biex titħejja minestra li titqassam lill-foqra.

🌾 𝐈𝐥-𝐐𝐨𝐫𝐛𝐚𝐧: Taħlita tradizzjonali ta’ qamħ mgħolli, żbib, lewż u ġewż, marbuta mat-tifkira tal-mejtin.

🔔 𝐋-𝐎𝐭𝐭𝐚𝐯𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħ: Tradizzjoni marbuta ma’ din il-festa kienet tinkludi d-daqq tal-qniepen u prietki speċjali. Minnha ġejja wkoll l-espressjoni Maltija “𝐐𝐢𝐬𝐡𝐚 𝐰𝐚𝐬𝐥𝐞𝐭 𝐥-𝐎𝐭𝐭𝐚𝐯𝐚”, li tintuża meta tkun mistennija xi ħaġa ta’ dwejjaq.

Dawn huma biss ftit mid-drawwiet li jagħtuna ħarsa lejn il-wirt reliġjuż u kulturali ta’ pajjiżna, u jfakkruna fl-importanza tat-tifkira, it-talb u s-solidarjetà.

👇𝐈𝐧𝐭𝐨𝐦 𝐭𝐚𝐟𝐮 𝐛’𝐱𝐢 𝐝𝐫𝐚𝐰𝐰𝐢𝐞𝐭 𝐨ħ𝐫𝐚 𝐦𝐚𝐫𝐛𝐮𝐭𝐚 𝐦𝐚𝐥-𝐆ħ𝐢𝐝 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħ? 𝐀𝐪𝐬𝐚𝐦𝐡𝐨𝐦 𝐦𝐚𝐠ħ𝐧𝐚 𝐟𝐢𝐥-𝐤𝐮𝐦𝐦𝐞𝐧𝐭𝐢!

🕯️𝟐𝐧𝐝 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐞𝐫 | 𝐀𝐥𝐥 𝐒𝐨𝐮𝐥𝐬’ 𝐃𝐚𝐲

The 2nd of November is a day of remembrance and prayer for our loved ones who have passed away. In Malta, this day is also known as l-𝐆ħ𝐢𝐝 𝐭𝐚𝐥-𝐈𝐦𝐰𝐢𝐞𝐭, while the whole month of November is traditionally referred to as 𝐢𝐱-𝐱𝐚𝐡𝐚𝐫 𝐭𝐚𝐥-𝐦𝐞𝐣𝐭𝐢𝐧 (the month of the dead).

𝐃𝐢𝐝 𝐲𝐨𝐮 𝐤𝐧𝐨𝐰 𝐭𝐡𝐚𝐭 𝐬𝐞𝐯𝐞𝐫𝐚𝐥 𝐌𝐚𝐥𝐭𝐞𝐬𝐞 𝐭𝐫𝐚𝐝𝐢𝐭𝐢𝐨𝐧𝐬 𝐰𝐞𝐫𝐞 𝐚𝐬𝐬𝐨𝐜𝐢𝐚𝐭𝐞𝐝 𝐰𝐢𝐭𝐡 𝐭𝐡𝐢𝐬 𝐝𝐚𝐲?
⛪ 𝐓𝐡𝐞 𝐓𝐡𝐫𝐞𝐞 𝐌𝐚𝐬𝐬𝐞𝐬: In 1915, Pope Benedict XV granted priests permission to celebrate three Masses on All Souls’ Day.

🌸 𝐕𝐢𝐬𝐢𝐭𝐢𝐧𝐠 𝐂𝐞𝐦𝐞𝐭𝐞𝐫𝐢𝐞𝐬: A tradition that continues to this day, with people visiting the graves of their loved ones and decorating them with flowers.

🍬 𝐋-𝐆ħ𝐚𝐝𝐚𝐦 𝐭𝐚𝐥-𝐌𝐞𝐣𝐭𝐢𝐧: Traditional Maltese sweet bones associated with this time of year.

🐖 𝐈𝐥-Ħ𝐚𝐧ż𝐢𝐫𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐄𝐫𝐰𝐢𝐞ħ: In the past, a small pig wearing a bell around its neck was allowed to roam the streets. Neighbours would feed it, and its meat was distributed among the poor.

🍲 𝐓𝐡𝐞 𝐒𝐨𝐮𝐥𝐬’ 𝐒𝐨𝐮𝐩: A tradition involving the collection of vegetables from households to prepare a vegetable soup that was distributed among the poor.

These are just some of the traditions that offer a glimpse into Malta’s religious and cultural heritage, reminding us of the importance of remembrance, prayer and solidarity.

👇 𝐃𝐨 𝐲𝐨𝐮 𝐤𝐧𝐨𝐰 𝐨𝐟 𝐚𝐧𝐲 𝐨𝐭𝐡𝐞𝐫 𝐭𝐫𝐚𝐝𝐢𝐭𝐢𝐨𝐧𝐬 𝐚𝐬𝐬𝐨𝐜𝐢𝐚𝐭𝐞𝐝 𝐰𝐢𝐭𝐡 𝐀𝐥𝐥 𝐒𝐨𝐮𝐥𝐬’ 𝐃𝐚𝐲? 𝐒𝐡𝐚𝐫𝐞 𝐭𝐡𝐞𝐦 𝐰𝐢𝐭𝐡 𝐮𝐬 𝐢𝐧 𝐭𝐡𝐞 𝐜𝐨𝐦𝐦𝐞𝐧𝐭𝐬!

🎄 It-tielet sessjoni ddedikata għall-arti tradizzjonali tal-Presepji tal-Ġablow kompliet tqarreb lil dawk preżenti lejn ...
01/11/2026

🎄 It-tielet sessjoni ddedikata għall-arti tradizzjonali tal-Presepji tal-Ġablow kompliet tqarreb lil dawk preżenti lejn din is-sengħa sabiħa, fejn il-paċenzja, il-kreattività u l-imħabba għat-tradizzjoni jingħaqdu flimkien.

🙏 Grazzi lil Mark Scerri għall-kontribut u l-entużjażmu tiegħu biex din l-arti unika tibqa' ħajja u tiġi apprezzata minn aktar nies. ❤️

🕊️ 𝟏 𝐭𝐚’ 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮 | 𝐉𝐮𝐦 𝐢𝐥-𝐐𝐚𝐝𝐝𝐢𝐬𝐢𝐧 𝐊𝐨𝐥𝐥𝐡𝐚Kont taf li t-tradizzjoni ta’ Jum il-Qaddisin Kollha tmur lura għal aktar minn...
01/11/2026

🕊️ 𝟏 𝐭𝐚’ 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮 | 𝐉𝐮𝐦 𝐢𝐥-𝐐𝐚𝐝𝐝𝐢𝐬𝐢𝐧 𝐊𝐨𝐥𝐥𝐡𝐚

Kont taf li t-tradizzjoni ta’ Jum il-Qaddisin Kollha tmur lura għal aktar minn 1,400 sena?

Fis-sena 609 W.K., il-Papa Bonifaċju IV iddedika l-Pantheon f’Ruma lill-Verġni Marija u lill-martri kollha. Aktar t**d, il-Papa Girgor III rabat iċ-ċelebrazzjoni tal-qaddisin kollha mal-1 ta’ Novembru.

Illum, il-Knisja tfakkar lill-qaddisin kollha, magħrufin u mhux magħrufin, li ħallewlna eżempju ta’ fidi, tama u mħabba.

🙏 J'Alla l-eżempju tagħhom ikompli jispirana biex ngħixu ħajjitna b’aktar tjubija, fidi u mħabba lejn xulxin.

🕊️ 𝟏𝐬𝐭 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐞𝐫 | 𝐀𝐥𝐥 𝐒𝐚𝐢𝐧𝐭𝐬’ 𝐃𝐚𝐲

Did you know that the tradition of All Saints’ Day dates back more than 1,400 years?

In 609 AD, Pope Boniface IV dedicated the Pantheon in Rome to the Virgin Mary and all the martyrs. Later, Pope Gregory III linked the celebration of all saints to 1 November.

Today, the Church honours all saints, known and unknown, who have left us an example of faith, hope and love.

🙏 May their example continue to inspire us to live with greater kindness, faith and love for one another.

🎃 Halloween Fest ’26 – It-Tfal fiċ-Ċentru tal-Festa!Xi mumenti mill-isbaħ mit-tfal li mlew il-Halloween Fest ’26 f’Borml...
31/10/2026

🎃 Halloween Fest ’26 – It-Tfal fiċ-Ċentru tal-Festa!

Xi mumenti mill-isbaħ mit-tfal li mlew il-Halloween Fest ’26 f’Bormla b’ferħ, daħk u gost! 🎃✨

Ringrazzjament speċjali lil LESA , Aġenzija Żgħażagħ , Xummiemu u lil dawk kollha li taw sehemhom biex din is-serata tkun waħda mimlija ferħ, divertiment u memorji sbieħ!

🎃✨

31/10/2026

🧙‍♀️ Bormla Tinbidel f’Festa ta’ Halloween!

Mumenti sbieħ waqt il-Halloween Fest ’26 f’Bormla! 🧡🎃

31/10/2026

Aktar xogħol ta’ manutenzjoni fit-toroq ta’ Bormla.

𝐈𝐫𝐫𝐞𝐬𝐭𝐚𝐰𝐫𝐚𝐭 𝐢𝐥-𝐌𝐨𝐧𝐮𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐭𝐚𝐥-𝐌𝐢ġ𝐣𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐏𝐚𝐩𝐚 𝐟’𝐁𝐨𝐫𝐦𝐥𝐚! 🏛️Il-monument li jfakkar il-miġja tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Bo...
30/10/2026

𝐈𝐫𝐫𝐞𝐬𝐭𝐚𝐰𝐫𝐚𝐭 𝐢𝐥-𝐌𝐨𝐧𝐮𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐭𝐚𝐥-𝐌𝐢ġ𝐣𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐏𝐚𝐩𝐚 𝐟’𝐁𝐨𝐫𝐦𝐥𝐚! 🏛️

Il-monument li jfakkar il-miġja tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Bormla fl-1990, fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, ġie rrestawrat u issa reġa’ jinsab f’postu.

Inkomplu naħdmu biex inħarsu u nippreservaw il-wirt storiku ta’ Bormla, tifkira tal-ġrajjiet u l-mumenti li sawru l-istorja tal-belt tagħna. 💛

𝐓𝐡𝐞 𝐌𝐨𝐧𝐮𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐂𝐨𝐦𝐦𝐞𝐦𝐨𝐫𝐚𝐭𝐢𝐧𝐠 𝐏𝐨𝐩𝐞 𝐒𝐚𝐢𝐧𝐭 𝐉𝐨𝐡𝐧 𝐏𝐚𝐮𝐥 𝐈𝐈’𝐬 𝐕𝐢𝐬𝐢𝐭 𝐭𝐨 𝐁𝐨𝐫𝐦𝐥𝐚 𝐇𝐚𝐬 𝐁𝐞𝐞𝐧 𝐑𝐞𝐬𝐭𝐨𝐫𝐞𝐝! 🏛️

The monument commemorating the visit of Pope Saint John Paul II to Bormla in 1990, erected on the initiative of the Bormla Local Council, has been restored and is now back in its original place.

We remain committed to preserving Bormla’s historical heritage and safeguarding the monuments that commemorate the important events and moments that have shaped our city’s history. 💛

⛵ 𝐁𝐢𝐥𝐣𝐞𝐭𝐭𝐢 𝐊𝐮𝐦𝐩𝐥𝐢𝐦𝐞𝐧𝐭𝐚𝐫𝐢 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐌𝐚𝐥𝐭𝐚 𝐁𝐨𝐚𝐭 𝐒𝐡𝐨𝐰! ⚓Il-Kunsill Lokali ta’ Bormla għandu biljetti kumplimentari għar-residen...
30/10/2026

⛵ 𝐁𝐢𝐥𝐣𝐞𝐭𝐭𝐢 𝐊𝐮𝐦𝐩𝐥𝐢𝐦𝐞𝐧𝐭𝐚𝐫𝐢 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐌𝐚𝐥𝐭𝐚 𝐁𝐨𝐚𝐭 𝐒𝐡𝐨𝐰! ⚓

Il-Kunsill Lokali ta’ Bormla għandu biljetti kumplimentari għar-residenti ta’ Bormla.

🎟️ Il-biljetti jistgħu jinġabru:
📍 Mill-Kunsill Lokali llum, sal-14:00.
📍 Għada, bejn id-09:00 u l-10:30, waqt il-kors tal-presepju.

🪪 Il-preżentazzjoni tal-karta tal-identità hija meħtieġa.

⛵ 𝐂𝐨𝐦𝐩𝐥𝐢𝐦𝐞𝐧𝐭𝐚𝐫𝐲 𝐓𝐢𝐜𝐤𝐞𝐭𝐬 𝐟𝐨𝐫 𝐭𝐡𝐞 𝐌𝐚𝐥𝐭𝐚 𝐁𝐨𝐚𝐭 𝐒𝐡𝐨𝐰! ⚓

The Bormla Local Council has complimentary tickets available for Bormla residents.

🎟️ Tickets can be collected:
📍 From the Local Council today, until 2:00 pm.
📍 Tomorrow, between 9:00 am and 10:30 am, during the course for crib making.

🪪 Presentation of an ID card is required.

👻 𝐈𝐋-Ġ𝐔𝐑𝐍𝐀𝐓𝐀 𝐖𝐀𝐒𝐋𝐄𝐓! 𝐇𝐀𝐋𝐋𝐎𝐖𝐄𝐄𝐍 𝐅’𝐁𝐎𝐑𝐌𝐋𝐀!🦇🎃 Illejla niltaqgħu fi Triq San Ġwann, Bormla, mis-6:00pm ’il quddiem!Ilbsu l-k...
30/10/2026

👻 𝐈𝐋-Ġ𝐔𝐑𝐍𝐀𝐓𝐀 𝐖𝐀𝐒𝐋𝐄𝐓! 𝐇𝐀𝐋𝐋𝐎𝐖𝐄𝐄𝐍 𝐅’𝐁𝐎𝐑𝐌𝐋𝐀!🦇

🎃 Illejla niltaqgħu fi Triq San Ġwann, Bormla, mis-6:00pm ’il quddiem!

Ilbsu l-kostumi tagħkom u ejjew ingħaqdu magħna għal serata f'atmosfera tal-Halloween ! 🕷️🕸️

Nistennewkom!

Address

Il-Kappara

Opening Hours

Monday 07:45 - 16:00
Tuesday 07:45 - 16:00
Wednesday 07:45 - 16:00
Thursday 07:45 - 16:00
Friday 07:45 - 13:00
Saturday 08:00 - 11:30

Telephone

+35621663030

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Bormla Local Council posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Bormla Local Council:

Shortcuts

Share

Nearby government services


Other Il-Kappara government services

Show All