Ekonomija

Directions Website

Ekonomija Official page of the Ministry for the Economy, Technology and Strategic Projects

03/11/2026

Malta Miegħek

03/11/2026

🛳️ Beda l-proċess għall-bini ta' vapuri ġodda tal-Gozo Channel.

Aktar informazzjoni fuq https://maltabudget27.com

Illum il-Ministru Silvio Schembri, ippreżenta għaxar inizjattivi ġodda bħala parti mill-Budget 2027, immirati lejn ekono...
29/10/2026

Illum il-Ministru Silvio Schembri, ippreżenta għaxar inizjattivi ġodda bħala parti mill-Budget 2027, immirati lejn ekonomija aktar produttiva, kompetittiva u innovattiva.

Fost il-miżuri mħabbra hemm tnaqqis fit-taxxa għall-kumpaniji żgħar li jinvestu mill-ġdid il-profitti tagħhom, aktar minn €100 miljun għas-settur diġitali, investiment fl-intelliġenza artifiċjali, tnaqqis fil-burokrazija u inizjattivi ġodda biex jiġi attirat investiment barrani ta’ kwalità.

Dawn l-inizjattivi jiffurmaw parti mill-ħidma lejn ekonomija b’valur miżjud ogħla, f’konformità mal-Viżjoni Malta 2050.

🇲🇹 Malta Miegħek

Investiment ta’ €10 miljun fil-manifattura avvanzata f’Ħal Far, inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru S...
28/10/2026

Investiment ta’ €10 miljun fil-manifattura avvanzata f’Ħal Far, inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Silvio Schembri.

Investiment li juri fiduċja f’pajjiżna u fil-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, u li jirrifletti l-ħidma tal-Gvern u tal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri biex pajjiżna jkompli jattira investiment ta’ kwalità.

Aktar flus fil-bwiet tal-familji tagħna. Għat-tieni sena konsekuttiva, se jirdoppja l-benefiċċju li l-ġenituri jgawdu mi...
26/10/2026

Aktar flus fil-bwiet tal-familji tagħna. Għat-tieni sena konsekuttiva, se jirdoppja l-benefiċċju li l-ġenituri jgawdu mit-tnaqqis fit-taxxa.

🌐 budget.gov.mt

Aktar sostenn lin-negozji ż-żgħar biex jinvestu u jikbru. Bil-Budget 2027, se nnaqqsu t-taxxa minn 35% għal 25% għall-ku...
26/10/2026

Aktar sostenn lin-negozji ż-żgħar biex jinvestu u jikbru. Bil-Budget 2027, se nnaqqsu t-taxxa minn 35% għal 25% għall-kumpaniji eliġibbli b’fatturat annwali sa €1 miljun.

Inqas taxxa tfisser aktar riżorsi f’idejn in-negozji tagħna biex isaħħu l-operat tagħhom u jikkontribwixxu għal ekonomija aktar b’saħħitha.

🌐 budget.gov.mt

Minn Jannar 2027, il-pensjonijiet se jiżdiedu b’€10 fil-ġimgħa, inkluża ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.L-ewwel pass biex ...
26/10/2026

Minn Jannar 2027, il-pensjonijiet se jiżdiedu b’€10 fil-ġimgħa, inkluża ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.

L-ewwel pass biex inwettqu l-wegħda ta’ żieda ta’ €50 fil-ġimgħa tul din il-leġiżlatura. Dak li nwiegħdu, inwettquh.

🌐 budget.gov.mt

Bis-saħħa ta’ din ir-riforma, koppji miżżewġa se jkunu jistgħu jittrasferixxu l-bolol lil xulxin, biex min minnhom għadu...
26/10/2026

Bis-saħħa ta’ din ir-riforma, koppji miżżewġa se jkunu jistgħu jittrasferixxu l-bolol lil xulxin, biex min minnhom għadu ma jikkwalifikax għal pensjoni jkun jista’ jagħmel dan.

Madwar 3,200 mara miżżewġa oħra mistennija jibbenefikaw minn din il-bidla.

🌐 budget.gov.mt

Bil-Budget 2027, qed nippremjaw il-ħidma tal-ħaddiema eliġibbli b’Super Bonus annwali ta’ €1,000, mingħajr taxxa.🌐 budge...
26/10/2026

Bil-Budget 2027, qed nippremjaw il-ħidma tal-ħaddiema eliġibbli b’Super Bonus annwali ta’ €1,000, mingħajr taxxa.

🌐 budget.gov.mt

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Ekonomija posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Nearby government services