09/10/2026
Miexi 'l quddiem ġmielu proġett ieħor ta’ akkomodazzjoni soċjali, din id-darba dak ta' Bormla, li permezz tiegħu se jkunu qed jinħolqu 69 appartament ġdid u 97 spazju għall-parkeġġ f'Bormla għall-familji vulnerabbli.
Rajt il-progress li sar fuq il-proġett, li jifforma parti mill-ħidma kontinwa biex tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali u aktar familji vulnerabbli jkollhom aċċess għal dar ta’ kwalità li toffri sigurtà u stabbiltà.
Meta ninvestu fl-akkomodazzjoni soċjali, qed ninvestu direttament fil-kwalità tal-ħajja tal-familji li huma l-iktar vulnerabbli.
Għax aħna nemmnu f'soċjeta' ġusta.
Owen Bonnici Bormla Local Council