Gvern Lokali

Directions Website

Gvern Lokali Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi

02/11/2026

Żort ix-xogħlijiet li għaddejjin fl-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, li jinsabu fi Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi.

Permezz ta’ dan l-investiment, qed ningħata valur ġdid lil binja eżistenti, filwaqt li qed jinħoloq spazju aktar modern u funzjonali li jservi lill-Kunsill u lill-komunità.

31/10/2026

L-Autumn Fest fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali qed joffri programm mimli divertiment, kreattività u attivitajiet għall-familja kollha, filwaqt li jagħti spazju wkoll lill-prodotti lokali u artiġjanali.

30/10/2026

L-Għargħur, lokalità oħra li qed inżuru biex nisimgħu mill-qrib lir-residenti, lill-Kunsill Lokali u lil dawk li jagħmlu parti mill-komunità.

Inkomplu niltaqgħu, nifhmu l-bżonnijiet u naħdmu flimkien biex inwieġbu għall-isfidi ta’ kull lokalità. Għaliex il-ħidma tagħna tibda billi nkunu qrib in-nies u nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu.

Qrib il-Komunità. Lokalità b’Lokalità.

Ħal Għargħur Local Council

Il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettqu diversi interventi ta’ manutenzjoni f’culverts differenti mad...
30/10/2026

Il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettqu diversi interventi ta’ manutenzjoni f’culverts differenti madwar il-pajjiż, fejn sar xogħol ta’ tindif u tneħħija ta’ materjal akkumulat.

Dawn ix-xogħlijiet huma importanti sabiex jinżammu passaġġi tal-ilma nodfa u ħielsa minn ostakli, biex b’hekk jiġi ffaċilitat il-fluss naturali tal-ilma u jitnaqqas ir-riskju ta’ imblukkar u għargħar, speċjalment waqt perjodi ta’ xita qawwija.

Grazzi lill-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn kontinwu tagħhom biex tinżamm infrastruttura pubblika aħjar għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

29/10/2026

Aktar spazji għall-familji, għat-tfal u għar-residenti kollha tal-Qrendi.

Permezz ta’ investiment ta’ kważi €600,000, qed inkomplu ntejbu ċ-Ċentru Ċiviku u l-Playing Field, biex noħolqu faċilitajiet aktar moderni, siguri u aċċessibbli għal kulħadd.

Investiment fil-komunità, b’viżjoni għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Qrendi Local Council

27/10/2026

L-għada li tħabbar il-budget, sbaħna l-monti tal-Birgu fejn flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela spjegna kif dak li tħabbar ilbieraħ se jkompli jgħin lil min jiflaħ l-inqas.

Robert Abela

 !
26/10/2026

!

Aktar appoġġ għall-atleti elite li jirrappreżentaw lil Malta. Se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sa 10 ijiem sports leave mħallas meta jikkompetu f’kampjonati Ewropej jew dinjija.

Il-miżura tinkludi wkoll lill-membri tat-timijiet tekniċi u mediċi li jakkumpanjawhom, biex ma jkollhomx għalfejn jużaw il-leave personali tagħhom.

🌐 budget.gov.mt

L-ewwel €2,000 fix-xahar bla taxxa
26/10/2026

L-ewwel €2,000 fix-xahar bla taxxa

It-tieni sena konsekuttiva fejn il-ġenituri se jirdoppjalhom il-benefiċċju tat-tnaqqis fit-taxxa.

Mill-bidu tal-2028, żewġ ġenituri li jaħdmu u jaqilgħu flimkien €60,000 fis-sena u għandhom żewġt itfal, mhux se jħallsu ċenteżmu f’taxxa għal kwart ta’ seklu.

🌐 budget.gov.mt

Tnaqqis!  #25%
26/10/2026

Tnaqqis! #25%

Fil-Budget 2027, innaqqsu r-rata tat-taxxa fuq il-kumpaniji eliġibbli b’turnover annwali sa €1 miljun minn 35% għal 25%.

Inqas piż fiskali biex in-negozji ż-żgħar ikollhom aktar riżorsi jinvestu u jkomplu jikbru.

🌐 budget.gov.mt

Terapiji bla ħlas
26/10/2026

Terapiji bla ħlas

L-ispejjeż marbuta ma’ terapiji meħtieġa għal tfal b’diżabilità se jagħmel tajjeb għalihom il-Gvern.

🌐 budget.gov.mt

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Gvern Lokali posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Nearby government services